Home Net News Ġunju kien l-iktar xahar sħun fl-aħħar 100 sena

Ġunju kien l-iktar xahar sħun fl-aħħar 100 sena

3
0
SHARE
Advertisement

Ġunju l-għadda kien ix-xahar li fetaħ l-istaġun tas-Sajf u dan wera biċ-ċar bit-temperaturi għoljin li ġab miegħu. Infatti kien l-iktar xahar sħun f’dawn l-aħħar 96 sena.

Fi stqarrija, l-Uffiċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta sostnew li Ġunju kien xahar fejn ma kienx hemm qatra xita. B’hekk, kien innotat li dan ix-xahar kien l-iktar xahar niexef f’dawn l-aħħar snin.

Fuq il-gżejjer Maltin, it-temperatura medja fuq dan ix-xahar kienet ta’ 26.3°C, temperatura pjuttost għolja meta komparata ma’ snin oħra. L-ewwel mewġa ta’ sħana matul din is-sena kienet irreġistrata bejn it-8 u l-10 ta’ Ġunju – propju bl-għola temperatura tkun fid-9 tal-istess xahar u tkun dik ta’ 37.8°C.

Minn naħa l-oħra, l-inqas temperatura f’dan ix-xahar kienet reġistrata fl-ewwel ġurnata u kienet dik ta’ 14.6°C.

Madanakollu, jidher li mhux pajjiżna biss sofra minn din is-sħana eċċessiva hekk kif mal-Ewropa kollha kienet irreġistrata li t-temperatura medja żdieded għal 2°C f’dan ix-xahar. B’hekk, dan wassal biex Ġunju kien reġistrat bħala l-iktar xahar sħun f’dawn l-aħħar snin madwar il-kontinent kollu tal-Ewropa.

In-nuqqas ta’ xita f’Malta wassal biex kien hemm inqas sħab u b’hekk pajjiżna gawda minn sigħat itwal ta’ xemx – propju madwar 350 ta’ sigħat fejn kien hemm ix-xemx tiżreġ fuq il-gżejjer Maltin.

L-istess wieħed jista’ jgħid għall-baħar hekk kif it-temperatura medja tal-wiċċ tal-ilma żdiedet b’grad celcius iktar minn normal – dik ta’ 22.5°C.

The post Ġunju kien l-iktar xahar sħun fl-aħħar 100 sena appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here