Home Net News Imut il-mużiċista Tony Scott

Imut il-mużiċista Tony Scott

9
0
SHARE
Advertisement

Tħabbret
il-mewt ta’ Anthony Debono, magħruf bħala Tony Scott, li miet fir-residenza
tiegħu f’Għawdex nhar il-Ġimgħa li għadda. Hu kellu 68 sena.

Tony Scott, l-eks raġel tal-kantanta magħrufa
Phylisienne Brincat, kien mużiċist u producer mużikali, li fl-imgħoddi ta
kontribut kbir lill-qasam mużikali b’xogħlijiet għall-palk, fosthom musicals li
baqgħu magħrufa sal-lum bħal ‘Pawlu 2000’ u ‘Reġa’ Sebaħ’. Hu kkontribwixxa
b’kompożizzjonijiet mużikali oriġinali anki barra l-pajjiż.

Kien magħruf sew minn għadd ta’ kantanti, awturi u kompożituri hekk kif għal snin twal ipproduċa u anki kiteb materjal mużikali oriġinali.

Tony Scott kellu żewġt itfal u għal dawn l-aħħar snin kien jgħix f’Għawdex.

The post Imut il-mużiċista Tony Scott appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here