Home TVM (Bil-Malti) Ħarsa lejn il-ġurnali tal-llum

Ħarsa lejn il-ġurnali tal-llum

3
0
SHARE
Advertisement

 

In-Nazzjon

Il-ġurnal b’ritratt tal-Prim Ministru Joseph Muscat u titlu li jgħid li wara li tħabbru l-ogħla karigi fi ħdan il-kunsill Ewropew, tisfuma fix-xejn il-ħolma ta’ Dr Muscat li jsir il-President tal-Kunsill Ewropew.  L-istorja tgħid li saru snin ta’ lobbying u manuvri fi Brussell biex Dr Muscat jikseb kariga ogħla iżda dan issa tar mar-rih.  L-istorja tgħid ukoll li hemm inċertezza dwar x’se jiġri issa fit-tmexxija tal-Partit Laburista.

Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li ilbieraħ tressqet petizzjoni miġbura minn 4,330 tesserat u 530 kunsillier tal-Partit Nazzjonalista li qed jappellaw għall-għaqda fil-Partit.  Illejla se jitlaqqa’ l-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li mistenni jiddiskuti l-petizzjoni li tressqet il-ġimgħa li għaddiet u jeleġġi il-President tal-kunsill amministrattiv, teżorier u President tal-eżekuttiv.

 

The Times

Fuq il-faċċata ta’ dan il-ġurnal insibu ritratt ta’ mudella fit-teatru Manwel tippoża b’libsa li ġiet ikkreata minn materjal riċiklat bħala parti mill-kollezzjoni tal-istilista James Dimech

Storja oħra fuq il-faċċata tgħid li qed issir sejħa biex il-Prim Ministru Joseph Muscat jibqa’ fil-kariga ta’ Prim Ministru hekk kif ma rnexxilux jikseb kariga għola fl-Unjoni Ewropea.  Fir-rapport jingħad li Dr Muscat jista’ jinnomina ruħu għall-kariga ta’ Kummissarju Ewropew iżda qed jingħad li qed issirlu pressjoni biex jibqa’ Prim Ministru tal-pajjiż u jibqa’ jmexxi sal-elezzjoni ġenerali li jmiss.

Rapport ieħor fuq il-faċċata dwar dak li ġara l-Qorti lbieraħ meta ħareġ li mhux ċar min qatel lill-immigrant Lassana Cisse f’April li għadda.  Fix-xhieda tiegħu, Dylan German li jiġi l-kuġin tal-akkużat Francesco Fenech fil-Qorti ta verżjoni differenti dwar l-involviment ta’ kuġinuh fil-qtil ta’ Lassine. Dan għaliex waqt l-investigazzjoni meta huwa ukoll kien qed jiġi interrogat, implika li kuġinuh kien qallu li kien mal-akkużat l-ieħor Lorin Scicluna meta seħħ il-qtil.

 

L-Orizzont

Fuq il-faċċata  il-ġurnal jirraporta dak li qal ilbieraħ il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt żjara fi Praga, li se jibqa’ jmexxi lill-pajjiż b’aktar entużjażmu.

Storja oħra fuq il-kwistjoni tal-bdoti tal-Airmalta, bil-Ministru Konrad Mizzi jgħid li ma l-irwol tal-Gvern hu li jibqa’ jinvesti fl-Airmalta iżda mhux li jkun ostaġġ ta xi wħud, u li l-Gvern ma jistax jarmi l-flus u jiggarantixxi dak li hu mpossibbli.

Storja oħra tgħid li Riccarda Darmanin hija l-unika waħda nominata għall-kariga ta’ Segretarju tat-taqsima professjonistii, Finanzi u Servizzi fi ħdan il-GWU.

 

The Malta Independent

Il-ġurnal b’ritratt dwar il-protesti li issa ilhom għaddejjin f’Hong Kong minn dawk li ma jridux li l-Gvern ċentrali taċ-Ċina jindaħal fit-tmexxija ta’ Hong Kong li għal diversi snin kienet meqjusa bħala awtonoma.

Fuq il-faċċata wkoll ir-rapport mill-Qorti dwar ix-xhieda li ta il-kuġin ta’ wieħed mill-akkużati   dwar il-qtil ta’ Lassana Cisse f’April li għadda.

Rapport ieħor dwar il-kwistjoni tal-bdoti tal-Airmalta bit-titlu jgħid li la l-Airmalta u lanqas il-Ministeru tat-turiżmu ma għamel kuntatt għat-tkomplija tat-taħdidiet mal-bdoti.

The post Ħarsa lejn il-ġurnali tal-llum appeared first on TVM Maltese.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here