Home Net News Neptunes u Sirens jikkonfermaw is-saħħa tagħhom u Exiles jitħabtu

Neptunes u Sirens jikkonfermaw is-saħħa tagħhom u Exiles jitħabtu

6
0
SHARE
Advertisement

NEPTUNES LEO VEGAS……….. 24 MARSAXLOKK BROWN’S……. 12

(4-5), (5-3), (7-3), (8-1)

F’konfront bejn iż-żewġ rebbieħa tad-diviżjonijiet
l-istaġun li għadda, Neptunes Leo Vegas urew is-superjorità tagħhom fit-tieni
parti tal-logħba. Marsaxlokk kienu ġejjin minn rebħa importanti kontra Valletta
u fl-ewwel parti żammew ir-ritmu. Iżda tim bħal Neptunes bi plejers ta’
kwalità, splodew wara l-mistrieħ u mhux biss aċċertaw mir-rebħa iżda rebħu
b’distakk kbir.

Ix-Xlukkajri rebħu l-ewwel sessjoni 5-4 bir-Russu Ivan
Nagaev jiskorja doppjetta. Huma għarfu jirkupraw minn żvantaġġ doppju u
saħansitra kienu 5-3 minn fuq sakemm Niki Lanzon naqqas id-distakk. Neptunes
dawru l-iskor fit-tieni sessjoni b’doppjetta ta’ Darko Brguljan u Stevie
Camilleri, b’Marsaxlokk jibqgħu b’distakk ta’ gowl sal-ħin tal-mistrieħ.

It-tielet sessjoni kienet storja oħra hekk kif Neptunes
bdew jinqatgħu minn mal-avversarji. Wara li kienu 11-9 fil-vantaġġ, Neptunes
skorjaw ħames gowls konsekuttivi biex għalqu l-logħba. F’din is-sessjoni ħareġ
għal ftit ħin Stevie Camilleri wara li qala’ daqqa, iżda hu rritorna fl-aħħar
sessjoni b’aktar aggressività u skorja tripletta fil-bidu. Huma baqgħu
jikkontrollaw sat-tmiem hekk kif baqgħu jiskorjaw sal-aħħar sekondi b’doppjetta
fl-aħħar ta’ Nikolai Zammit.

Neptunes: A. Borg Cole, N.
Lanzon (1), K. Erdogan, G. Pace (1), P. Muslim (5), D. Brguljan (5), S. Camilleri
(6), J. Camilleri (1), J. Abela (2), N. Zammit (3), J. Muscat, M. Azzopardi, B.
Busuttil, S. Busuttil, J. Farrugia

Marsaxlokk: R. Coleiro,
J. Rizzo Naudi, L. Calleja, M. Martellacci, T. Agius (1), J. Galea, A. Vlahovic
(3), I. Nagaev (4), S. Micallef (2), R. Scerri (1), M. Cacici, O. Zammit, L.
Saliba, M. Pace (1), K. Galea

Referees: Peter Balzan,
Riccardo D’Antoni

SIRENS GREENTUBE………….. 15 VALLETTA VIDEOSLOTS…………. 9

(4-2), (5-3), (2-1), (4-3)

Sirens Greentube għamlu bħal Neptunes u kisbu t-tielet
rebħa fil-grupp tagħhom b’rebħa meritata fuq Valletta Videoslots 15-9,
bil-Beltin issa huma altru minn destinati li jkomplu l-istaġun fl-Ewwel
Diviżjoni. Id-differenza bejn it-tnejn tant kibret li Sirens lagħbu mingħajr
it-Taljan Valentino Gallo u xorta spiċċaw rebbieħa, bil-barranin ta’ Valletta
jiddiżappuntaw mhux ftit.

Probabbilment li bl-iskwadra preżenti, Valletta ma kienx
se jkollhom staġun feliċi fil-Kampjonat Premier u għandhom iħarsu lejn mira
minima li jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. L-iskwadra tagħhom għandha
diversi nuqqasijiet fosthom li l-barranin mhumiex determinanti kif huma ta’
timijiet oħra.

Għajr meta kienu 1-0 minn fuq, Valletta qatt ma kienu
fil-vantaġġ u kull meta pruvaw inaqqsu d-distakk, ħafna drabi spiċċaw isofru gowl
ftit wara li kompla għamel il-logħba tagħhom diffiċli. Sirens wieġbu mill-ewwel
u marru 3-1 minn fuq u temmew is-sessjoni xorta b’distakk ta’ żewġ gowls.

Dan id-distakk kompla jikber gradwalment fit-tieni
sessjoni. Sa tliet minuti minn tmiem is-sessjoni l-iskor kien 6-4, iżda Sirens
skorjaw darbtejn f’minuta minn Christian Presciutti u Jerome Zerafa Gregory u
bidlu l-logħba. Cordina prova jħalli lil Valletta jittamaw iżda reġgħu sofrew
gowl ħames sekondi mit-tmiem.

Dmitrii Kholod falla penalty fit-tielet sessjoni,
bl-iskor isir 11-6. Il-logħba ħadet xejra li Valletta ma setgħu qatt jirkupraw
filwaqt li Sirens komplew jikkontrollaw. Sa nofs l-aħħar sessjoni, l-iskor kien
15-7, b’Daniel Paolella jiskorja doppjetta lejn it-tmiem biex naqqas
id-distakk.

Sirens: N. Grixti, J.
Zerafa Gregory (1), C. Presciutti (5), P. Privitera (1), M. Grech (1), J.
Brownrigg (3), I. Riolo (2), V. Gallo, J. Napier, E. Aquilina (1), L. Caruana,
M. Sciberras (1), O. Gauci, Z. Bartolo, G. Farrugia

Valletta: R. Sciortino, J.
Spiteri Staines (1), A. Agius, P. Borg, C. Zammit, R. Mock, D. Paolella (2), M.
Mifsud (2), M. Cordina (1), M. Zammit (1), D. Kholod (2), A. Bianchi, R.
Bonnici, S. Misic, N. Farrugia

Referees: Massimo Angileri, Luca Bianco

Ritratt: Martin Agius)

MARSASKALA FISH AND FISH……. 8 EXILES ELIA CATERERS……….. 10

(1-3), (3-2), (0-3), (4-2)

Exiles Elia Caterers wieġbu għat-telfa li sofrew ftit
jiem ilu kontra Sliema u għelbu lil Marsaskala Fish and Fish. Minkejja t-tliet
punti li finalment huma l-aktar ħaġa importanti, il-prestazzjoni ma kinitx
brillanti u f’mumenti kellu jkun il-gowlkiper Matthew Castillo li spikka biex
Exiles baqgħu fil-vantaġġ.

Marsaskala ma kellhom xejn x’jitilfu f’din il-logħba iżda
kollox ma’ kollox kellhom prestazzjoni sodisfaċenti hekk kif ma ħallewx
lill-avversarji jkunu komdi fil-logħba.

Konstantin Averka fetaħ l-iskor għat-tim ta’ Dorian
Pisani iżda Exiles wieġbu bi tliet gowls konsekuttivi u rebħu l-ewwel sessjoni
3-1. Ħafna setgħu jaħsbu li Exiles kienu se jikkontrollaw mingħajr problemi,
iżda Marsaskala baqgħu fil-logħba u temmew it-tieni sessjoni gowl minn taħt.

Wara l-mistrieħ, Exiles dehru li setgħu jiksbu r-rebħa.
Huma skorjaw tliet gowls mingħajr risposta minn Michele Stellini, Timmy
Sullivan u Milos Vukicevic biex bdew l-aħħar sessjoni b’vantaġġ komdu ta’ 8-4.
F’din is-sessjoni, Marsaskala tilfu lil Averka li tkeċċa lejn nofs is-sessjoni.
Fuq in-naħa l-oħra lil Marko Jelaka bi tliet fawls.

Marsaskala pruvaw jibqgħu fil-logħba fl-aħħar sessjoni
iżda f’żewġ okkażjonijiet meta naqqsu l-iskor, Exiles wieġbu. Doppjetta ta’
Kristijan Milakovic ma kinitx biżżejjed biex tevita t-telfa.

Marsaskala: J. Micallef,
J.C. Cutajar (1), A. Camenzuli, M. Manara, M. Aquilina, L. Grixti, K. Navarro,
K. Milakovic (3), K. Averka (3), J. Culic, R. Attard, D. Borg Millo, M. Borg, L.
Felice, J. Ciantar (1)

Exiles: M. Castillo, M.
Stellini (1), A. Magri, M. Jelaca (4), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, M.
Fenech, K. Griscti, M. Vukicevic (3), A. Cousin, N. Paris (1), P. Paris, M.
Martin

Referees: Neville Mercieca,
Luca Bianco

The post Neptunes u Sirens jikkonfermaw is-saħħa tagħhom u Exiles jitħabtu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here