Home Net News Il-Ġermanja fil-kwarti tal-finali b’rebħa fuq in-Niġerja, l-Awstralja eliminata min-Norveġja bil-penalties

Il-Ġermanja fil-kwarti tal-finali b’rebħa fuq in-Niġerja, l-Awstralja eliminata min-Norveġja bil-penalties

12
0
SHARE
Advertisement

Il-Ġermanja saret l-ewwel tim li għadda mal-aħħar tmienja wara rebħa ta’ 3-0 fuq in-Niġerja. Alexandra Popp fetħet l-iskor fl-20 minuta b’daqqa ta’ ras għar-rokna leminija ta’ isfel minn korner.

L-iskor sar 2-0 fis-27 minuta meta ġie ordnat penalty
għal fawl ta’ Evelyn Nwabuoku fuq Lina Magull
Sara Dabritz ma żbaljatx b’xutt għar-rokna leminija
tagħha. Lea Schuller temmet it-tamiet ta’ rimonta min-Niġerjani fit-82 minuta b’konklużjoni
fil-baxx wara żball difensiv.

Il-logħba l-oħra kellha tkun deċiża bl-għoti tal-penalties wara li n-Norveġja u l-Awstralja spiċċaw fi draw ta’ 1-1 sal-ħin barrani. Finalment kienu n-Norveġiżi li ħarġu rebbieħa 4-1 bl-għoti tal-penalties.

Isabell Herlovsen poġġiet lin-Norveġja minn fuq wara 31
minuta iżda Kellond-Knight
ġabet id-draw fit-83 minuta. Fil-104 minuta tkeċċiet Alanna Kennedy għat-tim
Awstraljan.

The post Il-Ġermanja fil-kwarti tal-finali b’rebħa fuq in-Niġerja, l-Awstralja eliminata min-Norveġja bil-penalties appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here