Home Net News Chris Bonett jibda jippreżenta l-viżjoni tiegħu

Chris Bonett jibda jippreżenta l-viżjoni tiegħu

10
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidat għall-kariga ta’ President tal-MFA Chris Bonett beda jippreżenta l-viżjoni tiegħu għall-futbol Malti lill-klabbs u l-assoċjazzjonijiet membri. It-tema tiegħu hi Klabbs fuq Nett u fil-jiem li ġejjin se tkun qed tiġi spjegata l-viżjoni tiegħu lill-media biex jitwassal lill-pubbliku.

Wara waħda minn dawn il-laqgħat li kienu deskritti
pożittivi u interessanti, Chris Bonett qal li l-programm tfassal wara għadd ta’
laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-klabbs involuti. Hu żied li għażel li jibda
jiddiskuti dan il-pjan ma’ dawk in-nies li flimkien magħhom irid jitwettaq
il-pjan li għandu.

Bonett sostna li hemm għatx kbir ta’ bidla fil-futbol
Malti. “Qed nikkontesta biex inġib il-bidla. Ċert li nistgħu niksbu aktar u
nemmen li ninsab fl-aħjar pożizzjoni biex inġib il-bidla biex mill-kliem
ngħaddu għall-fatti, fejn isiru professjonali u anki nibdew nirbħu. Jekk ma
nemmnux ma naslux. Jien nemmen u għandi fiduċja li naslu. Dan jekk jittieħdu
deċiżjonijiet li hemm u jitwettqu proġetti ambizzjużi,” qal Bonett.

The post Chris Bonett jibda jippreżenta l-viżjoni tiegħu appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here