Home Net News Mats Hummels jirritorna ma’ Borussia Dortmund

Mats Hummels jirritorna ma’ Borussia Dortmund

4
0
SHARE
Advertisement

Id-difensur Mats Hummels irritorna ma’ Borussia Dortmund wara tliet snin maċ-champions Ġermaniżi Bayern Munich. Hummels lagħab ma’ Dortmund bejn l-2009 u l-2016 u kien mistenni li jħalli lil Bayern hekk kif kemm il-plejer kif ukoll il-klabb kienu qed jagħtu indikazzjoni li setgħu jisseparaw. Rapporti fil-media internazzjonali qed jgħidu li t-trasferiment sewa madwar €38 miljun.

Hummels kien parti mit-tim ta’ Borussia Dortmund li rebaħ
il-Bundesliga fl-2011 u fl-2012 kif ukoll id-DFB Pokal fl-2012. Fl-2013 ukoll taħt
it-tmexxija ta’ Jurgen Klopp, Borussia Dortmund kienu waslu sal-finali tal-UEFA
Champions League u kienu tilfu kontra Bayern Munich.

L-għan ta’ Dortmund mistenni jerġa’ jkun li jisfidaw
għar-rebħ tal-Bundesliga wara li fl-istaġun li għadu kif intemm, kienu
fil-quċċata għal ħafna mill-istaġun iżda spiċċaw il-kampjonat it-tieni. Dan
it-trasferiment jista’ jitqies bħala importanti minħabba li akkwistaw plejer
direttament mill-isfidanti ewlenin tagħhom.

Hummels ġej minn staġun diffiċli li fih tilef post
awtomatiku fit-tim ta’ Bayern Munich kif ukoll f’Marzu li għadda, tneħħa
mit-tim nazzjonali Ġermaniż flimkien ma’ Thomas Müller u Jerome Boateng bħala
parti minn bidla li qed issir fit-tim immexxi minn Joachim Löw.

The post Mats Hummels jirritorna ma’ Borussia Dortmund appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here