Home Net News Lampard favorit li jieħu post Sarri bħala manager ta’ Chelsea

Lampard favorit li jieħu post Sarri bħala manager ta’ Chelsea

3
0
SHARE
Advertisement

L-eks plejer internazzjonali Ingliż Frank Lampard hu l-favorit li jieħu post Maurizio Sarri bħala manager ta’ Chelsea. It-Taljan jinsab qrib l-uffiċjalità li jinħatar kowċ ta’ Juventus wara li l-Ħamis filgħaxija ġie rrappurtat li ż-żewġ klabbs laħqu ftehim.

Jidher li Chelsea mhux se jħabbru uffiċjalment it-tluq ta’ Sarri sakemm ma jkunux sabu s-sostitut tiegħu. Lampard bħalissa jinsab imexxi lil Derby fiċ-Championship u mistennija jitolbu madwar €5 miljuni kumpens jekk Chelsea jiddeċiedu li jaħtru lill-eks plejer tagħhom. Fost il-kowċis li kienu qed jissemmew li setgħu jsiru manager ta’ Chelsea kien hemm l-eks kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri iżda dan tal-aħħar ħabbar li se jkun qed jieħu sena pawża.

Lampard għad fadallu sentejn kuntratt u għalkemm jidher
li jkun diffiċli biex jirrifjuta lil Chelsea jekk issirlu offerta, għandu
rispett lejn il-partitarji u s-sid ta’ Derby Mel Morris li kien il-persuna l
itah l-ewwel esperjenza bħala manager. Lampard kellu staġun pożittiv
fit-tmexxija ta’ Derby hekk kif wassal lit-tim sal-finali tal-play-off
għall-promozzjoni fil-Premier League iżda kienu megħluba 2-1 kontra Aston
Villa.

Bħalissa hemm possibbiltà qawwija li Chelsea jkollhom
sospensjoni għal żewġt iswieq tat-trasferimenti. Chelsea appellaw
is-sospensjoni imposta mill-FIFA lill-Qorti tal-Arbitraġġ tal-Isport. Jekk jinħatar
Lampard ikun hemm ir-ritorn ukoll tal-assistent ta’ Derby Jody Morris, persuna
li jifhem is-settur taż-żgħażagħ tal-klabb minħabba li kien kowċ ta’ Chelsea f’dawn
il-livelli.

Jekk Chelsea jaħtru lil Lampard, hu jsir l-ewwel manager
Ingliż li jieħu t-tmexxija tal-klabb wara 23 sena. Bħala plejer, Lampard lagħab
għal 13-il sena ma’ Chelsea u magħhom rebaħ tliet darbiet il-Premier League,
erba’ darbiet l-FA Cup, darbtejn il-League Cup, l-Europa League u ċ-Champions
League kif ukoll sar l-aqwa skorer tal-klabb minkejja li kien jilgħab bħala
midfielder.

The post Lampard favorit li jieħu post Sarri bħala manager ta’ Chelsea appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here