Home Net News Jingħata rikonoxximent lid-donaturi tad-demm

Jingħata rikonoxximent lid-donaturi tad-demm

4
0
SHARE
Advertisement

Ftit tal-ħin ilu saret ċerimonja fejn ngħata ħajr lil 17-il donatur tad-Demm, 10 nisa u 7 irġiel, mill-President ta’ Malta George Vella fil-Palazz Presidenzjali tal-Verdala, il-Buskett.

“Kieku ma kienx hemm id-demm tagħkom, kieku jien m’għadnix hawn”. Kliem Christine Grixti, li permezz tal-għoti tad-demm, irnexxileha tgħaddi minn operazzjoni fejn ngħatat qalb ġdida u reġgħet bdiet tgħix mill-ġdid.

Ngħataw ukoll testimonjanzi qawwija minn individwi li bbenefikaw
bil-kbir mit-trasfużjonijiet tad-demm. Fosthom Kenneth Frendo, missier Jerome
li tilef il-ġlieda kontra l-marda tal-kanċer madwar sentejn ilu.C

Tkellem ukoll is-Surġent Simon Schembri, fejn saħaq dwar kemm kien
kruċjali għalih li wara l-inċident li għadda minnu, sab biżżejjed demm. Huwa
qal li mingħajr id-donaturi tad-demm, l-isptar ma jkunx jista jimxi.

Susanne Bonnici ilha tagħti d-demm għal 24 sena. Hija tkellmet dwar kemm hu importanti li wieħed jagħti d-demm. Martin Bugelli ilu donatur tad-demm għal diversi snin…. fiflatt ta’ d-demm 91 darba.

F’indirizz lil dawk preżenti, il-President George
Vella radd ħajr lil dawn
id-donaturi, deskritti minnu bħala eroj ta’ żminijietna, li ddistingwew lilhom nfushom
minn oħrajn għall-atti nobbli t’altruiżmu.

Il-qofol ta’ din l-attività kien sabiex dawn id-donaturi tad-demm iservu ta’ mudell għal oħrajn li għad iridu jibdew
jagħtu, u lil dawk li diġa’ jagħtu jixprunawhom biex ikomplu jkunu ta’ servizz
u ta’ tama għall-morda.

The post Jingħata rikonoxximent lid-donaturi tad-demm appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here