Home Net News Il-gowlkiper Kristijan Naumovski jsir ir-raba’ akkwist ta’ Balzan

Il-gowlkiper Kristijan Naumovski jsir ir-raba’ akkwist ta’ Balzan

5
0
SHARE
Advertisement

Balzan komplew juru l-intenzjonijiet tagħhom li jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat fl-istaġun li ġej meta akkwistaw lill-gowlkiper Kristijan Naumovski. Huma kellhom jegħlbu l-isfida ta’ diversi timijiet fosthom Hibernians iżda wkoll offerta kbira miċ-Ċina.

Naumovski beda jilgħab f’pajjiżna f’Jannar tas-sena
l-oħra meta ngħaqad ma’ Birkirkara. Hu kellu nofs staġun pożittiv tant li kien
konfermat bħala l-gowlkiper regolari ta’ Birkirkara għall-istaġun li għadu kif
intemm. Iżda f’Jannar Naumovski kellu kompetizzjoni minn Andrew Hogg li poġġiet
il-permanenza tiegħu f’dubju.

Minbarra Naumovski, Balzan sa issa akkwistaw ukoll
lill-attakkant Stefan Dimic u lid-difensur ċentrali Augustine Loof, li se
jilagħbu f’pajjiżna għall-ewwel darba, kif ukoll lil Arthur Faria Machado li
fil-passat lagħab ma’ Ħamrun Spartans, fiż-żmiem li Jacques Scerri kien kowċ
tal-Ħamruniżi.

GŻIRA
Il-programm ta’ Net Television
Replay ikkonferma li għaddejjin diskussjonijiet li jinsabu fi stadju avvanzat
bejn Gżira United u Floriana għall-akkwist ta’ Arthur Oyama. Id-difensur
xellugi Brażiljan lagħab fl-aħħar żewġ staġuni ma’ Floriana u speċjalment
fl-aħħar staġun kien plejer regolari.

VALLETTA
Il-midfielder Santiago Malano
se jibqa’ ma’ Valletta hekk kif iffirma kuntratt ta’ sena wara li l-kuntratt
eżistenti kien skada x-xahar li għadda. L-Arġentin ta’ 32 sena kien ingħaqad
maċ-champions lokali fl-2016 u magħhom rebaħ darbtejn il-kampjonat u darba l-FA
Trophy u s-Super Cup.

The post Il-gowlkiper Kristijan Naumovski jsir ir-raba’ akkwist ta’ Balzan appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here