Home Net News Boban jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Futbol ta’ Milan u Giampaolo jinħall mill-kuntratt ma’...

Boban jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Futbol ta’ Milan u Giampaolo jinħall mill-kuntratt ma’ Sampdoria

4
0
SHARE
Advertisement

Wara l-ispekulazzjoni tal-aħħar jiem, ġie konfermat li
Zvonimir Boban se jirritorna ma’ Milan iżda bħala Kap Eżekuttiv tal-Futbol. Hu
se jkun responsabbli mill-kordinament u s-superviżjoni mill-att sportiv. Boban
skorja 30 gowl f’251 logħba u rebaħ disa’ unuri mar-rossoneri bejn l-1992 u
l-2000.

Paolo Maldini ġie konfermat u se jkun id-Direttur Tekniku tal-klabb. Bħalissa hu se jkun responsabbli mill-kampanja akkwisti kif ukoll mill-ippjanar tal-pre-season. Il-koppja Maldini-Boban diġà għalqet l-ewwel akkwist, dak ta’ Rade Krunic mingħand Empoli għal €8 miljuni flimkien ma’ xi bonus. Il-Bożnijak se jagħmel l-eżami mediku t-Tlieta u se jiffirma kuntratt ta’ erba’ snin.

Intant, Marco Giampaolo jinsab eqreb li jsir uffiċjalment kowċ ta’ Milan hekk kif inħall mill-kuntratt li kellu ma’ Sampdoria. Il-kowċ Taljan għandu jiffirma kuntratt ta’ sentejn b’għażla għat-tielet staġun. Fl-aħħar tliet staġuni, Giampolo mexxa lil Sampdoria għal post stabbli f’nofs il-klassifika.

Marco Gianpaolo

The post Boban jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Futbol ta’ Milan u Giampaolo jinħall mill-kuntratt ma’ Sampdoria appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here