Home Net News Milqugħa talba urġenti għal Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fil-konfront ta’ Vitals

Milqugħa talba urġenti għal Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fil-konfront ta’ Vitals

4
0
SHARE
Advertisement

Il-Qorti laqgħet talba urġenti li saret mill-għaqda mhux governattiva
Repubblika biex tinħareġ Ordni għal Investigazzjoni Ewropea. Dan wara li The
Shift News żvelat li Sri Ram Tumuruli, direttur ta’ Vitals Global Healthcare,
illikwida disa’ kumpaniji offshore f’isem Vitals.

The Shift iddikajrat din il-mossa bħala tindifa kbira min-naħa ta’ Vitals,
il-kumpanija li kellha t-tmexxija tat-tliet sptarijiet ta’ pajjiżna, ftit jiem
wara li saret talba għal investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Ministri
Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona, kif ukoll Ivan Vassallo.

Dan b’rabta mal-bejgħ mill-Gvern tal-isptarijiet Mater Dei, San Luqa u
Karen Grech, bil-Ministri akkużati li kienu kompliċi fil-bejgħ bix-xejn
tal-isptarijiet lill-privat.

Fl-applikazzjoni li tressqet minn Repubblika quddiem il-Qorti, kien
dikjarat li l-għeluq tal-kumpaniji offshore jikxfu għaliex l-istess Ministri
talbu lill-Qorti għal ċans ta’ xahrejn biex ikompli l-każ.

Jingħad ukoll li l-attentat ta’ Tumuluri biex jagħlaq dawn il-kumpaniji hu
attentat ieħor biex kemm jista’ jkun inaddaf ix-xena tar-reat bil-mossa
deskritta bħala maħmuġa, xokkanti u suspettuża.

Fid-dawl ta’ dan, il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit laqghet it-talba ta’
Repubblika biex tkun preservata l-evidenza u t-traċċi kollha fl-aqwa interess
tal-ġustizzja.

Intlaqgħet ukoll talba biex l-Avukat Ġenerali jkun ordnat jitlob lill-Qorti
Kriminali biex tippubblika ordni ta’ sorveljanza biex l-evidenza materjali
kollha tkun preservata biex b’hekk l-eventwali inkjesta kriminali ssir bl-aħjar
mod possibbli.

L-applikazzjoni kienet iffirmata mill-Avukat Jason Azzopardi.

The post Milqugħa talba urġenti għal Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropea fil-konfront ta’ Vitals appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here