Home Net News L-istudenti jtellgħu festival ta’ mużika u arti

L-istudenti jtellgħu festival ta’ mużika u arti

3
0
SHARE
Advertisement

Il-Ġimgħa filgħodu, ġewwa l-iskola Higher Secondary fin-Naxxar, l-istudenti ngħaqdu sabiex itellgħu festival tal-mużika u l-arti.

L-istudenti infushom tkellmu ma’ Net News dwar din l-attivita u fiex kienet tikkonsisti.

L-istudenti tas-sixth form ipparteċipaw bid-diversi talenti tagħhom. Numru ta’ studenti ngħaqdu f’bands differenti bil-kontribut ta’ kitarristi, kantanti u drummers fost oħrajn. Impressjonanti wkoll, kif l-istudenti żeffiena għamlu koreografija għal mal-mużika tal-bands differenti.

L-istudenti tal-arti, kienu wkoll preżenti għall-festival fejn kienu qed isawwru tpinġijiet ta’ kull forma; bil-lapes, bic-chalk u anke fuq b’mod diġitali fuq tablets.

Aktar tard kienu mistiedna wkoll il-kantanti Ira Losco u Claudia Faniello
biex ikantaw quddiem l-istudenti f’dan il-festival.

The post L-istudenti jtellgħu festival ta’ mużika u arti appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here