Home Net News Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Parlament taż-Żgħażagħ

Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Parlament taż-Żgħażagħ

7
0
SHARE
Advertisement

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ għal sena oħra, se jkun qed jorganizza s-17-il edizzjoni tal-Parlament taż-Żgħażagħ fejn żgħażagħ minn 16-il sena l’ fuq se jkollhom l-opportunita’ li jsemmgħu leħinhom fil-Parlament. Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret mill-KNŻ quddiem il-bini tal-Parlament fil-Belt Valletta.

Il-President tal-KNŻ, Chiara Vassallo tkellmet fuq il-fatt li għall-ewwel
darba s-Sibt se jivvutaw żgħażagħ ta’ 16-il sena fl-elezzjonijiet tal-Parlament
Ewropew kif ukoll tal-Kunsilli Lokali. Hija ħeġġet lil kull żagħżugħ u
żagħżugħa sabiex jmorru jivvutaw.

Tkellimna ma’ Chiara Vassallo dwar il-ħidma li ssir mill-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Min-naħa tagħha l-Uffiċjal Nazzjonali Kristina Filletti semmiet numru ta’ suġġetti li se jkunu diskussi waqt il-Parlament taż-żgħażagħ fosthom l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni ċivili, l-użu tal-plastik, l-ugwaljanza bejn is-sessi kif ukoll l-użu tat-teknoloġija. F’kummenti ma’ Net Nets hija tkellmet dwar l-esperjenza tagħha fi ħdan il-KNŻ.

Għal din it-tnedija tal-Parlament taż-Żgħażagħ attenda wkoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar iż-żgħażagħ Ryan Callus fejn tkellem dwar il-gender pay gap li teżisti f’pajjiżna kif ukoll dawr il-hate speech li qed twassal għal diversi każi ta’ razziżmu fosthom każ partikolari li seħħ dan l-aħħar fejn inqatel missier f’Ħal Far. Huwa għamel l-appell tiegħu sabiex għada ż-żgħażagħ jieħdu l-opportunità u joħorġu jivvutaw.

L-edizzjoni li jmiss tal-Parlament taż-Żgħażagħ se ssir fil-11 ta’
Settembru li ġej.

The post Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Parlament taż-Żgħażagħ appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here