Home Net News Jerġa’ jsuq bla liċenzja u jiġi arrestat f’Ħal Luqa

Jerġa’ jsuq bla liċenzja u jiġi arrestat f’Ħal Luqa

4
0
SHARE
Advertisement

Liam Debono reġa’ ġie arrestat fi Triq Mikelanġ Sapiano f’Ħal Luqa wara li l-Pulizija tar-RIU interċettatu jsuq karozza tat-tip Fiat mingħajr liċenzja tas-sewqan.

Il-każ seħħ kmieni l-Ġimgħa filgħaxija u jidher li Liam Debono pprova jaħrab lil pulizija pajżan li kien għadu kif interċettah. Kien wara li l-Pulizija talab għall-aktar assistenza li Liam Debono ġie arrestat.

B’hekk Liam Debono kiser waħda mill-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja fil-kawża li fiha qiegħed jiġi mixli bl-attentat ta’ qtil tas-Surġent, Simon Schembri. Dan wara li ftit aktar minn sena ilu allegatament ipprova jtajjar lill-istess Schembri ftit metri bogħod f’Ħal Farruġ waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

The post Jerġa’ jsuq bla liċenzja u jiġi arrestat f’Ħal Luqa appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here