Home Net News Il-proġett tal-Balal mifni bl-iżbalji

Il-proġett tal-Balal mifni bl-iżbalji

3
0
SHARE
Advertisement

Konfużjoni ta’ junctions, bike lanes perikolużi u sinjali tat-toroq nieqsa. Dawn huma fost 37 kwistjonijiet differenti indikati fejn jidhlu x-xogħlijiet li qed isiru bħalissa fit-triq Tal-Balal, bejn in-Naxxar u San Ġwann.

Il-proġett li se jiswa 4.4
miljun ewro, qed isir minn Infrastructure Malta u beda f’Awwissu li għadda
mingħajr ebda permess… permess li mbagħad kien ħareġ f’Novembru.

Jidher li issa gew
indikati diversi nuqqasijiet f’roundabout partikolari li tagħmel ma’ Triq
Murray, fosthom konfużjoni fit-tqassim, intoppi pontenzjali fit-triq kif ukoll
rekwiżiti ta’ avviżi u aċċess neqsin.

Trasnport Malta
aċċennat ukoll il-fatt li l-bike lanes jistgħu
jikkawżaw aċċidenti hekk kif il-korsija mhix
wiesa’ biżżejjed biex takkomoda l-vettura flimkien mar-roti taċ-ċiklisti. Hemm ukoll diversi sinjali tat-traffiku neqsin
f’postijiet kritiċi fothom sinjali direzzjonali u sinjali tal-limitu
tal-veloċità.

Fir-roundabout
direzzjoni għal San Ġwann m’hemmx dwal fit-triq, filwaqt li mhemm post sigur
minn fejn jistgħu jaqsmu n-nies.

Ta’ min wieħed
ifakkar li Infrastructure Malta kienet weħlet 42,000 ewro minħabba l-fatt li
bdiet ix-xogħol qabel ma ħareġ il-permess. Meta l-applikazzjoni tax-xogħol
kienet approvata f’Novembru, il-peremess kien ħareġ fuq il-kundizzjoni li
jingħataw dettalji tal-pjanti fejn wara jiġu assessjati minn Transport Malta.

The post Il-proġett tal-Balal mifni bl-iżbalji appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here