Home Net News Lil Alfred Sant jaqtawlu saqajh

Lil Alfred Sant jaqtawlu saqajh

26
0
SHARE
Advertisement

Hekk kif il-kampanja elettorali waslet fi tmiemha il-Partit Soċjalists ma setax jagħlaq b’mod iżjed spettakolari biex juri l-firda li għandu bejn il-kandidati tiegħu. F’billboard li tella l-Partit Laburista qata’ saqajn l-ex mexxej laburista Alfred Sant biex dak li ilhom jagħmlu tul il-kampanja kollha billi jappoġġjae lill-kandidat rivali tiegħu Miriam Dalli.

Lil Alfred Sant il-Partit Laburista qatagħlu saqajh meta bagħtu lil Miriam Dalli fuq Xarabank ma Chris Fearne. Lil Alfred Sant il-Labour qatagħlu saqajh meta waqt Xarabank ieħor ħalla l-partitarji Laburisti jitilqu malli beda jitkellem Sant. Issa l-Partit Laburista qata’ saqajn Alfred Sant litteralment għax fil-billboard ħassrulu saqajh biex jidher qisu ruħ fil-purgatorju.

The post Lil Alfred Sant jaqtawlu saqajh appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here