Home Net News Konferma mill-FIFA li t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar se ssir bi 32 tim

Konferma mill-FIFA li t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar se ssir bi 32 tim

6
0
SHARE
Advertisement

Il-FIFA abbandunat pjan biex tkabbar it-Tazza tad-Dinja tal-2022 fil-Qatar għal 48 tim. Il-President tal-FIFA Gianni Infantino kien ippropona li jitkabbar it-tournament iżda l-assoċjazzjoni dinjija ddeterminat li din id-deċiżjoni mhix prattika.

Il-FIFA kienet qed tesplora l-problemi loġistiċi u
politiċi biex jikber it-tournament għal 48 tim li kien jirrikjedi pajjiż ieħor
biex jorganizza t-Tazza tad-Dinja u jkun akkomodat dan it-tkabbir. Rapport
intern tal-FIFA f’Marzu kkonkluda li l-Emirati Għarab Magħquda, il-Bahrain u
l-Arabja Sawdija ma jistgħux jingħaqdu mal-Qatar sakemm ma jirranġawx
il-kwistjoni ekonomiċi u ta’ trasport mal-Qatar.

Fl-istqarrija ntqal li l-FIFA u l-Qatar pruvaw jara jekk
din il-bidla tkunx possibbli, fosthom li jitbaxxew ċertu rikjesti mill-FIFA.
L-akbar ostaklu hu li minħabba li l-preparazzjonijiet jinsabu fi stadju
avvanzat, ikollu jittieħed aktar żmien u d-deċiżjoni ma tistax tittieħed qabel
id-data tal-għeluq ta’ Ġunju.

B’hekk l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja bi 48
nazzjon parteċipant se tkun dik tal-2026 li se tkun organizzata mill-Istati
Uniti, il-Kanada u l-Messiku.

The post Konferma mill-FIFA li t-Tazza tad-Dinja fil-Qatar se ssir bi 32 tim appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here