Home Newsbook Filmat: Malta se tkun taħt investigazzjoni minħabba Muscat – Delia

Filmat: Malta se tkun taħt investigazzjoni minħabba Muscat – Delia

16
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li Malta se tkun qed tiġi investigata minħabba l-aġir tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

Delia qal dan waqt li kien qed jindirizza attività politika fin-Nadur. Tkellem dwar il-verżjoni bikrija tar-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta li ġiet żvelata llum. Qal li r-rapport qed isejjaħ biex ikun hemm inkjesta fuq il-pajjiż sħiħ. Fi kliem il-Kap tal-PN, fejn qabel wieħed kien iħossu kburi jgħid li huwa Malti, issa l-pajjiż se jkun qed jiġi investigat. Delia qal li l-PN għadu ma rax ir-rapport sħiħ.

Delia qal lill-partitarji li Malta tant niżlet fil-qiegħ li issa saret theddia għall-Ewropa minħabba l-bejgħ taċ-ċittadinanza u l-vulnerabilitajiet f’xi banek Maltin. Semma kif ir-rapport jgħid li hemm klima ta’ impunità f’Malta li tfisser li jekk wieħed jagħmel xi ħaġa ħażina ma jsir xejn. Iddeskriva s-sitwazzjoni f’Malta bħala waħda ta’ “anarkija” fejn wieħed jista’ joqtol lil xi ħadd bla konsegwenzi.

Delia dwar Għawdex

Delia qal li l-Gvern ħareġ tender dwar il-fast ferry imma li bħas-soltu kien hemm il-konfużjoni. L-Għawdxin issa jridu jkomplu jistennew. Delia qal ukoll li l-Gvern dar id-dinja għar-raba’ vapur biex jiżdied mal-flotta tal-Gozo Channel u li b’kumbinazzjoni sabu ġimgħa qabel l-elezzjoni. Żied jgħid li l-Gvern ġab vapur eqdem minn dawk li hemm bħalissa li suppost kellhom jinbidlu. Fi kliem Delia dan juri kemm il-Gvern Laburista ma jimpurtaħx mill-Għawdxin.

Delia qal li fl-25 ta’ Mejju l-poplu jista’ joqgħod jilmenta d-dar jew jista’ jagħżel li jitkellem bis-saħħa tal-vot tiegħu. Iddeskriva l-vot bħala l-unika arma li l-poplu fadallu biex isalva d-demokrazija. “Min jibqa’ d-dar qed jgħid iva għal Joseph Muscat,” skont Delia.

Filmat: PN

The post Filmat: Malta se tkun taħt investigazzjoni minħabba Muscat – Delia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here