Home Newsbook Assassinju Daphne: Żvelat rapport li Ministru għamel dikjarazzjonijiet foloz – Metsola

Assassinju Daphne: Żvelat rapport li Ministru għamel dikjarazzjonijiet foloz – Metsola

13
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidata tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Malta li ġie żvelat illum isemmi li l-Ministru għall-Intern Michael Farrugia għamel “dikjarazzjonijiet foloz” dwar il-progress tal-investigazzjonijiet fil-qtil tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia.

Fi stqarrija, il-PN qal li Metsola qalet dan waqt konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Kelliem tal-PN għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici u l-kandidata Roselyn Borg Knight.

Metsola qalet li 19-il xahar wara l-qtil ta’ Caruana Galizia, l-imħuħ għadhom ma nqabdux minkejja li xhur ilu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-proċess biex jittellgħu l-Qorti kien wasal fl-aħħar.

Skont Metsola, “ir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jinnota diversi tħassib fl-investigazzjoni dwar il-qtil, fosthom il-promozzjoni tal-Maġistrat li oriġinarjament kellu jmexxi l-inkjesta” u “n-nuqqas ta’ interrogazzjoni lill-Ministru Chris Cardona.” Staqsiet ukoll għalfejn il-Gvern qed jibqa’ jinsisti li ma ssrix inkjesta indipendenti dwar il-qtl u jekk setax jiġi evitat.

“Jekk Malta mhux se taħdem fuq fejn hi dgħajfa, l-Ewropa trid tintervjeni” – KE

Borg Knight qalet li r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa jagħmilha ċara li għandha ssir investigazzjoni dwar l-iskandlu tal-Panama Papers.

“Aħna ma rridux li jkunu l-istituzzjonijiet Ewropej li jkollhom jintervjenu minħabba n-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern Malti. Aħna nistennew li l-ewwelnett, qatt ma kellna naslu sa hawn, u issa għandu jkun il-Gvern Malti li jaġixxi mill-ewwel u jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet li saru kemm mill-GRECO u mill-Kummissjoni Venezja, kif ukoll issa mill-Kunsill tal-Ewropa,” qal Mifsud Bonnici.

Qal ukoll li r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa dwar is-sitwazzjoni tar-rispett lejn il-liġi f’Malta hu kundanna oħra għall-Gvern Malti li tappan ir-reputazzjoni ta’ Malta. Żied jgħid li dan ir-rapport isegwi dawk tal-GRECO, tal-Moneyval, u tal-Kummissjoni Venezja, li l-Gvern qed jinjorahom.

Rapport mimli ineżattezzi – PL

Il-Partit Laburista qal li l-PN qed jifraħ b’rapport mimli ineżatezzi. Qal ukoll li huwa kurjuż kif draft tiegħu inħareġ f’ġimgħa fejn se ssir elezzjoni.

The post Assassinju Daphne: Żvelat rapport li Ministru għamel dikjarazzjonijiet foloz – Metsola appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here