Home Net News Adrian Delia konvinċenti; Muscat imwaħħal fil-passat

Adrian Delia konvinċenti; Muscat imwaħħal fil-passat

26
0
SHARE
Advertisement

Adrian Delia kunfidenti u konvinċenti. Għat-tieni dibattitu konsekuttiv, wara l-programm Xtra, anke fil-programm organizzat mill-Awtorità tax-Xandir il-Kap tal-PN kien kunfidenti u konvinċneti, u deher ċar li kien qed jissetja hu l-aġenda, bil-Prim Ministru jirreaġixxi għalih.

Joseph
Muscat naqas milli
jwieġeb fuq għadd ta’ temi, fosthom meta Adrian Delia staqsih dwar il-wegħda
fil-manifest elettorali tas-Soċjalisti li jkun hawn taxxa waħda fl-Ewropa kollha
li tkun deċiża minn Brussell.

Filwaqt li l-Kap
tal-Partit Nazzjonalista
insista fuq il-bżonn li naħdmu flimkien biex pajjiżna jimxi ‘l quddiem, Muscat
kien biss kapaċi jikkritika u jmur lura fis-snin, minflok iħares ‘il quddiem u
mingħajr ma joħroġ bi proposti b’rabta mal-elezzjoniijet tal-Parlament Ewropew.

Mistoqsi
dwar l-aktar rapport reċenti dwar il-Gvern Malti maħruġ mill-Kunsill
tal-Ewropa, il-Prim Ministru għażel li jattakka u jirredikola lil din
l-istituzzjoni għolja billi jgħid li dan ma kienx rapport kredibbli u qal li
istituzzjonijiet serji ma jaħdmux hekk.

Dan
ir-rapport, li ġie ppubblika it-Tlieta, huwa l-aħħar minn sensiela ma tispiċċa
qatt ta’ rapporti li ħarġu fl-aħħar snin u li jelenkaw ħafna nuqqasijiet kbar
fosthom is-sens ta’ impunità, il-poteri assoluti f’idejn il-Prim Ministru,
it-tnaqqir tal-libertà tal-espressjoni u n-nuqqas ta’ azzjoni serja dwar ħasil
ta’ flus.

Meta
kkonfrontat b’dan ir-rapport, Joseph Muscat implika li l-Kunsill tal-Ewropa
mhijiex istituzzjoni serja.

Tul
id-dibattitu ġiet diskussa wkoll it-tma tal-immigrazzjioni anke b’rabta
mal-qtil ta’ Lassana Cisse fejn hawnhekk Adrian Delia għamel dikjarazzjoni ta’ zero tolerance kontra r-razziżmu.

Pożizzjoni
li ilu li ħa u li wasslitu biex jiffirma protest ġudizzjarju kontra
l-pushbacks.  U li Muscat kien kritikah
dwarha.  Adrian Delia qal li l-pożizzjoni
tal-Partit Nazzjonalista kontra ir-razziżmu hi ċara, u esprima t-thassib tiegħu
dwar il-qtil ta’ Lassana Cisse u x’wassal għal dan. 

Kien hawn li
hu staqsa dwar wieħed mis-suldati li ġew arrestati dwar dan il-qtil u dwar
il-kawża li kellu kontrih qabel dahal fl-armata, b’Muscat jirrifjuta li jgħid
x’kienu l-akkużi kontrih f’dan il-każ. 
Minkejja dawn l-akkużi, is-suldat inżamm fl-armata.  Kien hawn fejn hu staqsu lill-Prim Ministru
jekk jafx x’kienu l-akkużi, bil-Prim Ministru jaħrab milli jwieġeb.

Temi oħra
diskussi tul dan id-dibattitu kienu t-trasport, il-biedja, il-kriżi fil-qasam tas-saħħa, u anke Għawdex li intesa għal sitt snin sħaħ mill-Gvern.

The post Adrian Delia konvinċenti; Muscat imwaħħal fil-passat appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here