Home Net News Manuele Blasi viċin li jsir il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans

Manuele Blasi viċin li jsir il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans

10
0
SHARE
Advertisement

Ħamrun Spartans jinsabu f’diskussjonijiet avvanzati ħafna biex l-eks midfielder internazzjonali Taljan Manuele Blasi jsir il-kowċ ġdid tagħhom. Fil-karriera tiegħu, Blasi lagħab ma’ Roma, Juventus, Fiorentina, Napoli, Milan, Lecce, Pescara fis-Serie A. Dan minbarra esperjenzi fis-Serie B ma’ diversi klabbs oħra.

Sorsi tal-programm ta’ Net Television Replay qalu li l-klabb Ħamruniż li
Blasi mistenni jasal Malta nhar il-Ħamis filgħodu. Ħamrun kienu qed ifittxu
kowċ wara li Giovani Tedesco rriżenja mill-kariga l-ġimgħa l-oħra,
bil-President Nunzio Antignani u d-Direttur Sportiv Gaetano Farruggio jaħdmu
mill-ewwel bi preparazzjoni għall-istaġun li ġej.

HIBERNIANS – Id-difensur Isaac Ntow jista’ jħalli lil Hibernians hekk kif Replay hu
nfurmat li qed jattira interess minn żewġ klabbs tal-Kampjonat Premier. Ntow
għandu kuntratt mal-Pawlisti u għalhekk biex jiċċaqlaq irid jintlaħaq qbil
mal-klabb tiegħu. Ntow li għandu 24 sena ngħaqad ma’ Hibernians fis-sajf li
għadda u ħalla impatt pożittiv fl-ewwel staġun tiegħu f’pajjiżna.

BIRKIRKARA – L-esperjenza ta’ Thiago Brito u Marcelo de Siqueira ma’ Birkirkara
ntemmet wara li ma nżammux mill-klabb Karkariż. Iż-żewġ plejers offensivi
ngħaqdu ma’ Birkirkara fis-sajf li għadda iżda naqsu li jħallu l-impatt mixtieq
hekk kif Brito ma kienx regolari fit-tim filwaqt li de Siqueira skorja sitt
gowls fi staġun diffiċli għal Birkirkara.

The post Manuele Blasi viċin li jsir il-kowċ ta’ Ħamrun Spartans appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here