Home Net News L-Awstraljan George Smith jirtira wara karriera ta’ 20 sena

L-Awstraljan George Smith jirtira wara karriera ta’ 20 sena

5
0
SHARE
Advertisement

L-eks captain tal-Awstralja George Smith ħabbar li rtira mir-rugby professjonali fl-età ta’ 38 sena. Il-flanker hu t-tieni l-aktar plejer li lagħab mal-Awstralja b’total ta’ 111-il logħba. Smith żvela d-deċiżjoni hekk kif intemm il-kuntratt qasir mat-tim Ingliż Bristol Bears.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ Rugby Australia Raelene Castle qalet li Smith jaqa’ fil-kategorija ta’ plejer li jista’ jdawwar logħba malajr. “Hu kien rispettat minn sħabu u avversarji madwar id-dinja u kellu preżenza fil-klabbs li lagħab magħhom kif ukoll fix-xena internazzjonali. Smith lagħab ħafna mill-karriera tiegħu ma’ ACT Brumbies u rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-Awstralja darbtejn. Hu lagħab ukoll fil-Ġappun u Franza kif ukoll kellu esperjenzi ma’ Wasps u Bristol fl-Ingilterra. Fi 12-il staġun ma’ Brumbies, hu rebaħ darbtejn il-kampjonat.

“Finalment waslet il-ġurnata fejn uffiċjalment inħabbar li se nirtira mir-rugby professjonali. Kien assolutament ta’ privileġġ li nilgħab professjonalment għal dawn l-aħħar 20 sena. Ir-rugby tani ħafna. Fortunat li ngħid li għext il-ħolm li kellu u nilgħab ir-rugby professjonalment.” Inħares lura, kuntent bl-impressjoni li se nħalli warajja permezz tal-kontribut li tajt waqt li kont nilgħab. Issa hu ż-żmien li nħares ‘l quddiem lejn il-kapitlu li jmiss li jistenna lili u l-familja tiegħi,” qal Smith fi stqarrija.

The post L-Awstraljan George Smith jirtira wara karriera ta’ 20 sena appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here