Home Net News Erbat ijiem qabel l-elezzjoni…jerġa’ jżeffen il-wegħda tat-trakka

Erbat ijiem qabel l-elezzjoni…jerġa’ jżeffen il-wegħda tat-trakka

5
0
SHARE
Advertisement

Kif issa hija drawwa assoċjata ma’ kull kampanja ta’ Joseph Muscat, illum il-Prim Ministru reġa’ wiegħed it-trakka lid-dilettanti tal-motorsport – l-istess kif għamel qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2013 u qabel l-elezzjoni ġenerali tal-2017.

Meta kien qed jitkellem fiż-Żejtun, Muscat qal li jrid jinvesti “total ta’ €30 miljun f’kull sport; mill-futbol sat-trakka.” Għalkemm nies involuti fil-qasam sportiv esprimew dubji dwar kemm jistgħu jsiru faċilitajiet bi €30 miljun – mossa li ħafna qed jarawha bħala “strateġija tal-aħħar minuta” minħabba li Muscat jinsab dahru mal-ħajt.

Il-Prim Ministru uża din il-mossa li jħabbar proġett kbir anke qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli fl-2015. Dakinhar kien poġġa’ l-ewwel ġebla tal-Metropolis fil-Gżira; proġett fantażma li baqa’ ħofra.

The post Erbat ijiem qabel l-elezzjoni…jerġa’ jżeffen il-wegħda tat-trakka appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here