Home Newsbook Muscat irid elezzjoni kontra Delia imma ħarab minn Xarabank – PN

Muscat irid elezzjoni kontra Delia imma ħarab minn Xarabank – PN

5
0
SHARE
Advertisement

Il-Partit Nazzjonalista qal li għalkemm il-Mexxej Laburista Joseph Muscat ried idawwar l-elezzjonijiet tal-25 ta’ Mejju f’elezzjoni bejnu u bejn il-Kap tal-PN Adrian Delia, Muscat ma riedx jieħu sehem f’dibattitu llum waqt il-programm popolari Xarabank.

Fi stqarrija, il-PN qal li Delia kien lest jiddibatti. “Minflok Joseph Muscat ma jridx jiddibatti fuq il-manifest tal-ħabib tiegħu Frans Timmermans u tas-Soċjalisti Ewropej fejn iridu jimponulna l-abort u jċaħħdulna d-dritt li nibqgħu aħna li niddeċiedu fuq it-taxxa,” qal il-PN.

Il-PN qal li Muscat qed iċaħħad lill-elettorat minn dibattitu “importanti” ftit jiem qabel l-elezzjonijiet. “Dan huwa l-mod kif il-Gvern Soċjalista joħloq il-proċess demokratiku f’pajjiżna,” qal il-PN.

Casa favur Kummissarju Ewropew għal-libertà tal-midja

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-PE David Casa qal li jappoġġja t-talba li saret mill-għaqda tal-Ġurnalisti Mingħajr Fruntieri (RSF) biex ikun hemm Kummissarju Ewropew responsabbli mil-libertà tal-midja u l-protezzjoni tal-ġurnalisti.

“L-UE trid tagħti aktar riżorsi biex niddefendu l-libertà tal-midja, u jkollha l-ambizzjoni politika li tindirizza t-theddid kbir li l-ġurnalisti qegħdin jiffaċċjaw,” qal Casa.

Vot għall-PL huwa vot għal Timmermans – Agius

Il-kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-PE Peter Agius qal li kull vot għall-kandidati tal-Partit Laburista, li rrefera għalih bħala “l-Partit Soċjalista Malti” huwa vot biex Frans Timmermas isir il-President tal-Kummissjoni Ewropea.

Agius qal li Timmermans għamilha ċara li jrid li jkun hawn taxxa waħda madwar l-Ewropa kollha “u dan b’theddida diretta għall-investimenti u l-impjiegi” f’Malta.
Il-kandidat tal-PN għall-elezzjonijiet tal-PE Frank Psaila qal li Muscat diġà qal li se jkun qed jagħti l-appoġġ assolut lil Timmermans.

Dibattitu nhar l-Erbgħa – PL

F’reazzjoni għal dak li qal il-PN, il-PL qal li Joseph Muscat iddibatta ma’ Adrian Delia fil-bidu tal-kampanja elettorali u se jerġa jiddibatti miegħu nhar l-Erbgħa.

440 persuna b’vot nieqes – Puli

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN Clyde Puli qal li hemm mal-440 persuna li għandhom mill-inqas vot nieqes. Dan qalu waqt konferenza tal-aħbarijiet. “”Jidher li kummissjoni elettorali naqset milli tqassam il-vot lil tal-inqas 440 persuna u naqset li tagħti rimedju lil dawn il-persuna,” qal Puli.

Puli qal li 440 persuna li marru għandhom il-Pulizija ngħatalhom dokument wieħed minflok tnejn jiġifieri dak tal-Kunsilli Lokali u dak tal-Parlament Ewropew. 100 irċevew il-vot tal-Parlament Ewropew biss u 300 irċevew il-vot tal-Kunsilli Lokali biss. Il-PN kiteb lill-Kummissjoni Elettorali u talab li jkun hemm rimedju.

Il-Membru Parlamentari tal-PN Karol Aquilina qal li għal ħafna snin il-proċess tat-tqassim tal-voti sar tajjeb imma qal li f’din l-elezzjoni ma sarx bl-istess ħeġġa u attenzjoni kif kien isir qabel. Żied jgħid li wara l-elezzjonijiet il-PN se jkun qed jipproponi emendi ġodda fil-liġijiet elettorali.

Id-Direttur tal-Uffiċċju Elcom Anġelito Sciberras qal li hemm 34,000 persuna aktar mill-aħħar darba li ma tqassmilhomx il-vot. Qal li dan mhux normali.

The post Muscat irid elezzjoni kontra Delia imma ħarab minn Xarabank – PN appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here