Home Newsbook Maltempata Frar: Ħsara ta’ €25 miljun; għajnuna lill-bdiewa

Maltempata Frar: Ħsara ta’ €25 miljun; għajnuna lill-bdiewa

4
0
SHARE
Advertisement

Filwaqt li l-Gvern ħabbar li l-ispiża ta’ Malta minħabba l-maltemp qalil ta’ Frar telgħet għal total ta’ €25 miljun, spjega wkoll li Malta mhux eliġibbli għal fondi Ewropej.

Fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja u mis-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej, ġie spjegat li fi Frar, il-Gvern applika formalment għall-fondi Ewropej biex jissewwe ħsarat madwar il-pajjiż kollu. Wara eżerċizzju li sar biex jinġabru l-ħsarat kollha, l-ammont laħaq il-€25 miljun.

Aqra: Il-maltemp iħalli ħerba matul il-lejl

Għaldaqstant, il-Gvern sostna li fil-jiem li ġejjin se jkun qed jibda l-proċess sabiex bdiewa u raħħala li sofrew danni ta’ natura strutturali waqt il-maltempata u rreġistraw il-ħsarat lid-Dipartiment tal-Agrikultura jingħataw l-għajnuna relatata.

Intqal li sabiex pajjiż ikun eliġibbli biex jibbenefika mill-Fond Ewropew għas-Solidarjetà, il-ħsarat iridu jilħqu mat-€62 miljun, ċifra li tirrifletti kundizzjonijiet essenzjali tal-istess fond marbuta ma’ 0.6% tal-Qliegħ Nazzjonali Gross jew 1.5% tal-prodott gross domestiku. Minħabba f’hekk, Malta mhix eliġibbli biex taċċessa dan il-fond.

Aqra: Maltemp: “Il-Gvern ma jistax ikun kumpanija tal-insurance”

Il-maltemp li kien seħħ lejn tmiem ix-xahar ta’ Frar kien ħalla bost ħsarat madwar il-gżejjer Maltin, siġar imqaċċta, arbli maqlugħin, ħwienet mal-kosta spiċċaw mgħerrqa u bosta għelieqi u ħxejjex spiċċaw inqerdu.

The post Maltempata Frar: Ħsara ta’ €25 miljun; għajnuna lill-bdiewa appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here