Home Newsbook Il-PN u l-PL bi kliem fl-arja dwar l-ambjent – AD

Il-PN u l-PL bi kliem fl-arja dwar l-ambjent – AD

7
0
SHARE
Advertisement

L-Alternattiva Demokratika (AD) qalet li ż-żewġ partiti l-kbar ta’ Malta t-tnejn għandhom biss kliem fl-arja dwar l-ambjent.

Fi stqarrija l-AD qalet li waqt din il-kampanja elettorali l-poplu mhux qed jisma’ biżżejjed fuq temi Ewropej. Skont l-AD “fil-geġwiġija ta’ messaġġi xi kultant kemm Adrian Delia u kemm Joseph Muscat isemmu l-ambjent jew il-bidla fil-klima.” L-AD qal li dan huwa kliem fl-arja.

Skont l-AD, wara t-tnaqqis fl-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju mill-power station wara l-qalba għall-gass, fl-2018 kien hemm żieda ta’ 6.2% ta’ dan il-gass serra.

“Dan kien mistenni għax il-Gvern, bħal dak ta’ qablu, injora kompletament wieħed mill-akbar sorsi tad-dijossidu tal-karbonju, jiġifieri l-vetturi. Lanqas ma rnexxielu jifred l-ekonomija mill-użu tal-fossil fuels. Huwa vera li dal-Gvern wiret diżastru fil-qasam tal-enerġija, huwa veru li n-Nazzjonalisti mhux kredibbli f’dan il-qasam, iżda dal-Gvern m’għandux viżjoni għal enerġija u trasport nadif,” qalet l-AD.

Fi kliem l-AD, fil-Parlament Ewropew, għalkemm is-Soċjalisti jagħmlu naqra sforz dwar leġiżlazzjoni tal-UE li tipproteġi l-klima fuq livell nazzjonali, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat jiġi jaqa’ u jqum mill-kwalita’ tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.

“Min-naħa tal-Partit Nazzjonalista, bil-kontra, f’Malta taparsi ikkonvertew, iżda fil-Parlament Ewropew għandhom rekord tal-mistħija fejn tidħol il-protezzjoni tal-klima,” qalet l-AD.

The post Il-PN u l-PL bi kliem fl-arja dwar l-ambjent – AD appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here