Home Newsbook “Il-ġenituri ma jidħlux fil-kurituri għax inkella jkun hemm rebus” – MUT

“Il-ġenituri ma jidħlux fil-kurituri għax inkella jkun hemm rebus” – MUT

7
0
SHARE
Advertisement

L-MUT tenniet li fi sforz sabiex l-iskejjel ikunu aktar siguri, il-ġenituri ma għandhomx jitħallew jidħlu fil-kurituri mat-tfal, mhux għax l-iskola għandha xi ħaġa x’taħbi, imma għax inkella “jkun hemm rebus sħiħ”.

L-MUT qalet dan f’risposta għall-ispunti li qajmet l-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità meta tkellmet dwar il-każ ta’ Diego, tifel ta’ erba’ snin bl-awtiżmu, u ommu li ssemma din il-ġimgħa, wara li l-omm sabet lil-LSE tal-Breakfast Club iċċanfar lil binha u xxejjer subagħha f’wiċċu.

Aqra: Għaliex ma ħallewx lill-ġenituri jidħlu jekk l-LSE aġixxiet sew? – ġenituri lill-MUT

L-MUT sostniet li ilha għal snin twal tisħaq li hemm bżonn tiżdied is-sigurtà fl-iskejjel. Qalet li irrispettivament minn min għandu raġun, il-każ tal-LSE fil-jiem li għaddew ma kienx iseħħ kieku kien hemm sigurtà taħdem sew fl-iskola. Qalet li s-sinjal fuq is-siġġu biex jiġbed l-attenzjoni dwar regola li diġà kienet teżisti qabel, jiġifieri l-ebda adult ma jista’ jidħol fl-iskola mingħajr permess, sar sabiex ma jkunx hemm persuni mhux identifikati jduru fil-klassijiet bil-konsegwenzi kollha li jistgħu jinqalgħu inkluż vjolenza fuq l-edukaturi u l-istudenti.

Aqra: “Naħfrilha lil-LSE” – omm tifel bl-awtiżmu; L-MUT tistenna apoloġija mingħand l-omm

“Ma ħriġnix id-dettalji tal-każ għax responsabbli”

L-MUT kompliet tgħid li minkejja li għandha d-dettalji tal-każ f’idejha, iddeċidiet li ma tippublikahomx sabiex ma tkomplix tesponi lit-tifel konċernat. Għaldaqstant, dawn ittieħdu għand l-awtoritajiet inkluż id-Direttorat rispettiv.

L-Union kompliet tgħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien, il-posts fuq il-media soċjali u l-kummenti minn terzi li dawn jattiraw, aktar qed ikollhom impatt negattiv, kemm fuq l-edukaturi b’mod personali u anke fuq l-edukazzjoni. Sostniet li d-diskussjoni pubblika fuq il-media soċjali hija waħda irresponsabbli li tippromwovi intimidazzjoni, attakki u vjolenza verbali.

Aqra: “It-tifel beda jsawwat” – għalliema; “Għajtet ma’ ibni bl-awtiżmu” – omm

“Tibqgħux tinjoraw  is-sigurtà fl-iskejjel”

Intant, l-MUT appellat lill-awtoritajiet ma jibqgħux jinjoraw l-importanza tas-sigurtà fl-iskejjel sakemm jiġri każ gravi ieħor li għad hemm ċans li jiġi evitat. Intant sostniet li hemm bżonn li kulħadd jifhem lil xulxin aktar, juri rispett, jittolleraw lil xulxin anke meta ma jaqblux u jistaqsu u jitgħallmu minn xulxin.

The post “Il-ġenituri ma jidħlux fil-kurituri għax inkella jkun hemm rebus” – MUT appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here