Home Newsbook Filmat: Il-mira tal-kaċċaturi xorta kienet il-gamiem – BirdLife

Filmat: Il-mira tal-kaċċaturi xorta kienet il-gamiem – BirdLife

6
0
SHARE
Advertisement

Matul l-istaġun tal-kaċċa ta’ din is-sena l-gamiem kien fil-mira tal-kaċċatturi minkejja li din l-ispeċi kienet prottetta minħabba li qed titqies bħala speċi vulnerabbli. Il-BirdLife qalet li l-Gvern għażel li l-istaġun tal-kaċċa ikun bejn l-10 u t-30 t’April, fil-ġranet fejn il-gamiem ikun fl-eqqel ta-passa tiegħu.

L-għaqda qalet li l-għażla tad-dati keinet ħażina għax nofs l-ammont ta’għasafar protetti li nġabru mill-Birdlife kienu gamiem. Kompliet li din is-sena kien hemm 816-il liċenzja aktar mis-sena ta’ qabel u minkejja li kin hemm 7,570 kaċċatur, il-maġġoranza tagħha ma rrapurtawx li qabdu imqar summiena waħda matul l-istaġun.

Il-Birdlife qalet li din is-sena kien hemm nuqqas ta’ infurzar u dan kien jidhr ċar min-nuqqas ta’ puizija preżenti. Kompliet li matul l-istaġun tal-kaċċa. Il-volontiera tal-BirdLife osservaw li kien hemm 92 illegalità minn 58 post differenti.

L-Għaqda għalhekk ippubblikat filmat tal-kaċċaturi jisparaw fuq il-gamiem. Kompliet li l-unika każ li fih il-pulizija ħadu azzjoni kien bis-saħħa ta’ BirdLife Malta fil-Miżieb. Dan wara li kaċċatur instab b’gamiema u tajra safra li t-tnejn huma protetti, wara xi jiem ir-raġel baqa’ jikkaċċja u meta ġie avviċinat ħarab minn fuq il-post, madankollu huwa ġie arrestat fl-istess jum.

BirdLife Malta qalet sakemm il-Gvern se jibqa’ jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq ir-rieda politika, dawn l-illegalitajiet se jibqgħu jsiru. Huma ssuġġerew li jkun hemm tqsima tal-infurzar mgħammra fi ħdan il-korp tal-pulizija biex tiġġieled reati kriminali  ambjentali għax fl-opinjoni tagħhom din hija kruċjali biex tinstab soluzzjoni.

The post Filmat: Il-mira tal-kaċċaturi xorta kienet il-gamiem – BirdLife appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here