Home Newsbook Filmat: Il-Gvern qed jikkontrolla l-informazzjoni – Delia

Filmat: Il-Gvern qed jikkontrolla l-informazzjoni – Delia

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern qed jikkontrolla l-informazzjoni, b’referenza għall-istedina miċħuda tal-Mexxej Laburista Joseph Muscat għal dibattitu waqt il-programm Xarabank illejla.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet qasira Delia qal li qed isir kontroll tal-informazzjoni li jirċievi l-poplu mill-Gvern li qed jikkontrolla wkoll dak li jixxandar fuq l-istazzjon tal-istat. Qal li saret stedina lilu u lil Joseph Muscat għal dibattitu llejla waqt il-programm Xarabank. Delia qal li hu aċċetta li jiddibatti filwaqt li Muscat irrifjuta għal raġunijiet strateġiċi.

Muscat irid elezzjoni kontra Delia imma ħarab minn Xarabank – PN

Delia qal li b’hekk Muscat irid ineħħi l-opportunità għan-nies li jisimgħu dibattitu bejn il-mexxejja tal-partiti. Delia fakkar li Muscat iddeskriva l-elezzjoni bħala waħda bejniethom it-tnejn però mbagħad għażel li ma jieħux sehem waqt Xarabank. Skont Delia, dan huwa tnaqqir tad-demokrazija.

Delia fakkar ukoll li l-Gvern aġġorna wkoll il-Parlament għal waqt l-elezzjonijiet mingħajr ma ntlaħaq qbil mal-Oppożizzjoni. “Diġà kelna numru ta’ seduti ffissati u konna ħa nitkelmu fuq il-protezzjoni tal-embrijuni,“ qal Delia.

Filmat: PN

The post Filmat: Il-Gvern qed jikkontrolla l-informazzjoni – Delia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here