Home Newsbook Terapista akkużat li wettaq atti sesswali

Terapista akkużat li wettaq atti sesswali

2
0
SHARE
Advertisement

Terapista tal-messaġġi f’lukanda qed jiġi akkużat li kkommetta atti sesswali fuq mara Ċiniża mingħajr il-kunsens tagħha.

Fil-Qorti, il-mara qalet li hija bbukkjat sezzjoni ta’ 75 minuta għall-massaġġi ma’ ġisimha kollu. Ir-raġel ġie arrestat it-Tnejn wara li l-pulizija rċeviet rapport mingħand il-mara li tinsab Malta għall-btala.

Il-mara spjegat li hija bbukkjat trattament fil-lukanda u dawn infurmawha li t-terapista huwa raġel, min-naħa tagħha l-mara kienet indeċiża iżda l-ħaddiema tal-lukanda infurmawha li jekk tirrifjuta titlef il-flus. Hija qalet li ħassitha skomda meta id it-terapista b’mod regolari kien qed tmur taħt il-qalziet ta’ taħt. Żiedet li min-naħa tagħha hija qaltlu le u hu skuża ruħu.

L-avukat difensur qal li l-klijent tiegħu mhux ħati għal dawn l-akkużi. Il-mara li kienet qed tixhed permezz ta’ video conference, ddaħlet fis-sala biex tidentifika lill-akkużat. Hija qalet li taħseb li kien hu iżda qalet li hi ħassitha nervuża u waqt it-trattament hija ppruvat tevita l-kuntatt mal-akkużat.

The post Terapista akkużat li wettaq atti sesswali appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here