Home Net News Stati Uniti: L-abbozz ġdid għal kontra l-abort f’Alabama iffirmat bħala liġi

Stati Uniti: L-abbozz ġdid għal kontra l-abort f’Alabama iffirmat bħala liġi

9
0
SHARE
Advertisement

Il-Gvernatur ta’ Alabama, Kay Ivey, ikkonfermat l-istatus legali tal-abbozz kontroversjali li, fost oħrajn, jista’ jimponi s-sentenzi ta’ ħabs għal għomorhom lit-tobba li jwettqu l-proċessi tal-abort.

L-Alabama Human Life Protection Act kien approvat mill-maġġoranza assoluta tal-membri fiż-żewġt ikmamar tal-leġislatura — b’Ivey, membru tal-Partit Repubblikan, issostni li din il-leġislazzjoni tixhed it-twemmin tar-residenti tal-Istat ‘li l-ħajja ta’ kulħadd għandha tkun rispettata u mgħożża bħala rigal minn Alla’.

Is-Senat ta’ Alabama kien għadda l-abbozz b’25 vot kontra sitta u l-liġi tal-abort ġdida tippermetti biss l-eċċezzjonijiet fil-każi fejn il-ħajja tal-omm tkun qiegħda f’periklu ċar inkella fejn ikun hemm sogru kbir għas-saħħa tal-mara. Id-Demokratiċi kienu introduċew emenda biex il-vittmi ta’ stupru jkunu eżenti mir-riformi restrittivi fil-liġi, iżda l-mozzjoni ma għaddietx mill-vot.

Il-Gvernatur ta’ Alabama innotat li l-liġi ġdida li tillimita l-abort kapaċi ma tkunx tista’ tiġi infurzata, għalissa, minħabba d-deċiżjoni speċifika — waqt każ li kien tressaq quddiem il-Qorti Suprema — li legalizzat l-abort fil-50 Stati Amerikani. Madankollu, Ivey qalet li l-liġi ġdida dwar l-abort għaddiet proprju ‘bil-għan li tisfida lid-deċiżjoni partikulari’.

The post Stati Uniti: L-abbozz ġdid għal kontra l-abort f’Alabama iffirmat bħala liġi appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here