Home Net News Imur l-isptar Monte Carmeli u jammetti ma’ l-istaff li wettaq reati ta’...

Imur l-isptar Monte Carmeli u jammetti ma’ l-istaff li wettaq reati ta’ fastdiju sesswali

7
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 59 sena miż-Żurrieq ġie mixli li wettaq fastidju sesswali fuq tifel ta’ 14-il sena. Ir-raġel li ismu ma jistax jissemma biex tiġi protetta l-identita’ tat-tifel ġie mixli li ried iħallas li-tifel biex iwettaq atti sesswali miegħu.

Huwa tressaq mill-Ispettur Paula Ciantar quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli. Huwa kien
arrestat wara li b’mod volontarju daħal bħala pazjent l-isptar Monte Carmeli u
qal lill-istaff b’kollox dwar ir-reati, li kien wettaq.  Li staff għamlu kuntatt
mal-Pulizija, li nvestigaw il-każ.   

Huwa ġie mixli li talab għal favuri sesswali minn tifel u
li ffastidjah. Mill-provi rriżulta li kemm l-akkużat kif ukoll it-tifel
jiffrekewentaw il-klabb tal-ħamiem taż-Żurrieq, u li huma ġierien, anke jekk
l-ebda dettalji oħra ma ħarġu dwar il-każ.

L-Avukat Lennox
Vella li deher għall-akkużat qal li l-klijent tiegħu ma kienx ħati. Huwa talab
ukoll il-liberta’ proviżorja fejn argumenta li l-akkużi kienu jimmeritaw
proċeduri sommarji u mhux li jitressaq taħt arrest.   

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għal liberta’ proviżorja u
dan sakemm l-allegat vittma jixhed fuq il-każ. Wara li l-Qorti semgħet
id-difiża titkellem fuq il-problemi mentali tal-akkużat hija rrakkomandat li
huwa jinżamm fit-taqsima forensika ta’ l-isptar Monte Carmeli. 

The post Imur l-isptar Monte Carmeli u jammetti ma’ l-istaff li wettaq reati ta’ fastdiju sesswali appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here