Home Net News “Il-PN b’impenn sħiħ għal kunsilli b’saħħithom” – Charles Bonello

“Il-PN b’impenn sħiħ għal kunsilli b’saħħithom” – Charles Bonello

6
0
SHARE
Advertisement

F’dibattitu politiku tal-Awtorità tax-Xandir, il-Kunsillier tal-Fgura Charles Bonello, li hu l-ko-ordinatur tal-PN ghall-Kunsilli Lokali, tenna l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jagħti lir-residenti ta’ kull lokalitá kunsillieri li jaħdmu l-ewwel u qabel kollox favur ir-residenti.

Filwaqt li l-kandidat tal-Partit Laburista Dominic Grech kellu jara kif se jbenġel il-pożizzjoni tal-Partit tiegħu fir-rigward tal-Kunsilli, anke fid-dawl ta’ kliem Joseph Muscat li ftit jiem ilu tenna li l-kunsilli mhumiex is-super favoriti tiegħu, Charles Bonello fakkar li kieku ma kienx għall-Partit Nazzjonalista, kieku l-kunsilli ma jeżistux.

Charles Bonello fakkar kif il-Gvern ivvota kontra kważi kull waħda mit-80 proposta li għamel il-Partit Nazzjonalista għar-riforma fil-kunsilli lokali, biex imbagħad il-Partit Laburista ħareġ numru minnhom fil-manifest elettorali.

Hu semma wkoll għadd ta’ sfidi li l-Gvern naqas li jinkludi fil-manifest elettorali tiegħu, fosthom l-inkwiet tar-residenti tal-Munxar dwar id-demmmiela proposta għall-lokalità tagħhom.

The post “Il-PN b’impenn sħiħ għal kunsilli b’saħħithom” – Charles Bonello appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here