Home Newsbook Filmat: Il-Gvern kważi ma jrid jitkellem dwar xejn – Delia

Filmat: Il-Gvern kważi ma jrid jitkellem dwar xejn – Delia

6
0
SHARE
Advertisement

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li l-Gvern kważi ma jrid jitkellem dwar xejn.

Dan qalu waqt li kien qed jindirizza attività politika fi Pjazza San Ġorġ fil-Belt Valletta. Fi kliem Delia l-Gvern kważi ma jrid jitkellem dwar xejn għax saħansitra għalaq l-Parlament għall-elezzjonijiet. Delia qal ukoll li l-Gvern ma jridx li l-PN jitkellem dwar il-kanċer. Il-Kap tal-PN qal li l-partit tiegħu se jkun qed jiġġieled kontra din il-marda.

Delia qal li l-familji Maltin tul is-snin dejjem kienu l-qafas tas-soċjetà Maltija. Qal li llum fil-15 ta’ Mejju qed jiġi ċċelebrat jum il-familji – familji ta’ kull xorta u ta’ kull tip. Skont Delia l-familji huma l-pedament tas-soċjetà u mhumiex biss numru jew ċifra. Qal li jkun tajjeb li wieħed jifhem jekk il-familji hux qed igwadu mill-ġid li qed jinħoloq.

Bżonn xogħol ta’ kwalità – Delia

Delia tkellem dwar ix-xogħol u qal li filwaqt li l-Gvern qed jgħid li hemm bżonn aktar ħaddiema, wieħed irid jara li jkun hemm xogħol ta’ kwalità u mhux skjavitù b’pagi li ġieli jkunu ta’ €500 fix-xahar. Delia qal ukoll li m’hemmx xogħol tal-ewwel u tat-tieni klassi.

Delia appella għal pjanar fit-tul biex tiġi indirizzata l-iskills gap. Fakkar li Malta għandha rata għolja ta’ żgħażagħ li ma jibqgħux jistudjaw.

Delia fakkar fix-xogħol li għamel l-MEP David Casa fuq id-direttiva dwar il-leave għall-ħaddiema. Staqsa jekk il-Gvern hux lest li jerfa’ l-piż tad-drittijiet tal-ħaddiema.

Skont Delia għalkemm il-Gvern jiftaħar li jagħti prijorità lin-nisa mill-2011 għall-2019 kien hemm żieda fid-distakk bejn il-pagi tal-irġiel u tan-nisa. “Il-Gvern qed jidħaq bin-nies,” qal Delia.

Filmat: PN

The post Filmat: Il-Gvern kważi ma jrid jitkellem dwar xejn – Delia appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here