Home Newsbook Filmat: Iġġudikaw lill-Gvern bid-deċiżjonijiet li jieħu – Muscat

Filmat: Iġġudikaw lill-Gvern bid-deċiżjonijiet li jieħu – Muscat

8
0
SHARE
Advertisement

Il-Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li wieħed irid jiġġudika l-Gvern bid-deċiżjonijiet li jieħu waqt attività politika f’Ħaż-Żabbar.

Waqt li kien qed ikellem lill-partitarji tiegħu, Muscat qal li xi oqsma tal-midja jippolarizzaw lin-nies jew iqajmu paniku meta jirapportaw li xi ħadd issottometta xi applikazzjoni biex jibni f’xi żona barra miż-żona tal-iżvilupp (ODZ). Hu mbagħad qal li ħadd ma jista’ jitwaqqaf milli jissottometti applikazzjoni tal-iżvilupp u qal li wieħed irid jiġġudika lill-Gvern bid-deċiżjonijiet li ħa aktar milli l-applikazzjonijiet tal-iżvilupp li jkunu ġew sottometti.

Muscat qal li xi ħadd illeakja verżjoni bikrija ta’ rapport, b’referenza għal rapport dwar il-possibilità ta’ reklamazzjoni tal-art li kkawżat paniku fost ir-residenti ta’ ċertu lokalitajiet. Qal lill-attivisti li din il-persuna ppruvat tara li l-nies f’dik iż-żona jemmnu li l-Gvern beħsiebu jibni torrijiet għoljin f’dik iż-żona.

Hemm min jidħak bijja billi jsejjaħli negozjant – Muscat

Muscat qal li hemm min jidħak bih billi jsejjaħlu negozjant (salesman). Qal li bħala Prim Ministru huwa d-dover tiegħu li jattira l-investiment. Muscat qal li hemm min qed jinvesti kull nifs biex jaħdem kontra Malta. Qal li l-PL ma jridx lill-MEPs jaġixxu bħala l-fan club tal-Gvern. Malta kienet taħt skrutinju tal-PE fuq numru ta’ okkażjonijiet f’dawn l-aħħar snin.

Muscat tkellem ukoll dwar żewġ kumpaniji li investew f’Malta wara li ġew mistiedna minn Maltin oħra. Tkellem dwar iż-żjarat li għamel bħala Prim Ministru. Muscat qal li l-Iskola Medika ta’ Bart’s f’Għawdex kważi lesta minkejja li hemm ħafna li kkritikaw il-proġett għax beda bil-mod. Tkellem ukoll dwar żjara li għamel fl-uffiċini ta’ kumpanija li taħdem fil-qasam tal-logħob diġitali.

Filmat: PL

The post Filmat: Iġġudikaw lill-Gvern bid-deċiżjonijiet li jieħu – Muscat appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here