Home Newsbook Filmat: Dibattitu Presidenzjali tal-elezzjonijiet tal-UE

Filmat: Dibattitu Presidenzjali tal-elezzjonijiet tal-UE

3
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidati għall-presidenza tal-Kummissjoni Ewropea ħadu sehem f’dibattitu live fil-Parlament Ewropew fi Brussell.

Il-kandidati li ħadu sehem kienu Nico CUÉ, mix-Xellug (EL), Ska KELLER, Partit tal-Ħodor (EGP), Jan ZAHRADIL, Alleanza tal-Konservattivi u Riformisti (ACRE), Margrethe VESTAGER, Alleanza tal-Liberali u Demokratiċi (ALDE), Manfred WEBER, Partit Popolari Ewrooew (EPP), u Frans TIMMERMANS, Soċjalisti u Demokratiċi (PES).

Keller qalet li huma favur is-solidarjetà Ewropea u li mhux aċċettabli li nies jitilifu ħajjithom fil-mediterran. Timmermans qal li kull meta xi ħadd imut fil-baħar, l-Ewropa titlet parti mir-ruħ tagħha u li dawk li jsalvaw lin-nies m’għandhomx jingħataw multi.

Vestager qalet li l-pajjiżi Ewropej għandhom jingħaqdu biex jassiguraw li jkun hemm it-taħriġ f’kull pajjiż – jekk m’hemmx xogħol, m’hemmx futur. Min-naħa tiegħu Zahradil qal li n-negozju huwa magna kbira tat-tkabbir għall-Ewropa. Fi kliem Cué bl-istati membri tagħha, l-UE hija l-akbar mexxejja fin-negozju fid-dinja.

L-introduzzjoni u l-moderazzjoni tad-dibattitu saret minn Emilie Tran Nguyen, France Televisions, u Markus Preiss, ARD Ġermanja.

The post Filmat: Dibattitu Presidenzjali tal-elezzjonijiet tal-UE appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here