Home Newsbook Eurovision 2019: Fuq liema kriterji tivvota l-ġurija llejla?

Eurovision 2019: Fuq liema kriterji tivvota l-ġurija llejla?

8
0
SHARE
Advertisement

Illejla f’Tel Aviv, fl-Iżrael, se ssir it-tieni dress rehearsal għas-semifinali tal-Eurovision Song Contest ta’ għada l-Ħamis 16 ta’ Mejju.

Michela Pace diġa għamlet l-ewwel prova ġenerali tagħha wara nofsinhar u llejla tibda t-tieni waħda. Waqt il-prova tal-lum spikkaw xi differenzi mill-prova li rajna s-Sibt u minn dak li hemm rapprtat, it-tim u d-delegazzjoni Maltija marru fuq diversi aspetti u ideat li rajna fl-ewwel prova l-ġimgħa l-oħra. Dan minħabba li kien hemm xi problemi tekniċi biex jiġu effettwati xi ideati li kienu qed jiġu pjanati.

Ritratt: Thomas Hanses

Waqt il-prova tal-lejla se jkunu qed jiġu vvutati l-ewwel 50% tal-voti mill-ġuriji tal-pajjiżi parteċipanti, u magħhom ukoll ir-Renju Unit, l-Italja u l-Ġermanja. It-telespettaturi Maltin jivvutaw għada t-tieni 50% tal-voti.

Pero, forsi tistaqsu, x’inhuma l-kriterji li fuqhom tkun qed tivvota l-50% tal-voti tagħha l-ġurija?

 

Il-kriterji huma 4:

  1. Il-kapaċita vokali tal-artist
  2. Il-wirja fuq il-palk
  3. Il-kompożizzjon i u l-oriġinalita tal-kanzunetta
  4. L-impressjoni ġeneral fuq il-wirja kollha

Intant, il-ġurija Maltija hi komposta minn Carlo Borg Bonaci bħala l-Kap tal-ġurija filwaqt li l-membri huma Arthur Caruana, Eileen Spiteri, Matthew James Borg u Nicole Frendo.

Għada l-Ħamis wara nofsinhar ikun hemm it-tielet prova ġenerali tat-tieni semifinali biex imbagħad filgħaxija fid-9pm tibda s-semifinali li minnha 18-il pajjiż jikkompeti biex 10 minnhom jgħaddu għall-finali tas-Sibt 18 ta’ Mejju.

Fis-serata ta’ għada l-Ħamis, Michela Pace se tkun qed tikkompeti għal Malta bil-kanzunetta Chameleon, fil-11-il pożizzjoni.

L-ordni tat-tieni semi finali. Ritratt: EBU

 

The post Eurovision 2019: Fuq liema kriterji tivvota l-ġurija llejla? appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here