Home Newsbook Assassinju Daphne: Miċħud mill-ġdid il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio

Assassinju Daphne: Miċħud mill-ġdid il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio

7
0
SHARE
Advertisement

L-aħwa Alfred u George Degiorgio, iż-żewġ irġiel minn tlieta akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia reġa’ kellhom it-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda.

L-Imħallef Edwina Grima fid-digriet tagħha qalet li l-aħwa Degiorgio għandhom jinżammu arrestati minħabba li l-ħelsien tagħhom jista’ jippreġudika l-każ kontriehom u jiddistruba l-ordni pubblika.

Daphne Caruana Galizia kienet inqatlet fis-16 ta’ Ottubru, 2017 permezz ta’ bomba li kienet tpoġġiet fil-karozza tagħha. L-aħwa Alfred u George Degiorgio flimkien ma’ Vince Muscat qed jiġu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista.

Ara: L-Assassinju tal-ġurnalista DCG 

L-Avukat li qed jirrapreżenta lill-aħwa Degiorgio qal li l-kumpilazzjoni tinsab fi stadju avvanzat u l-maġġoranza tax-xhieda diġà xehdu, għalhekk skont il-liġi m’hemm l-ebda raġuni li tiġġustifika li dawn jinżammu arrestati. Żied li fi proċeduri oħra huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest mill-Qorti u għalhekk jindika li jistgħu jiġu fdati.

L-Assistent Avukat Ġenerali fil-Qorti qal li apparti l-gravità tal-każ, l-inkjesta Maġisterjali għadha għaddejja u dan jista’ jaffettwa terzi persuni oħra li huma involuti f’dan il-qtil.

Min-naħa tagħha l-Qorti osservat li kien hemm diversi fatti mhux kontestati, kif ukoll suspetti li dawk kollha involuti ma kinux għadhom ġew interċettati. Żiedet li din l-investigazzjoni għadha għaddejja u tista’ tiġi ppreġudikata. Min-naħa tagħha l-Qorti qablet ma’ dawn l-argumenti u kkwotat il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet Umani, fejn qalet li minħabba n-natura tar-reati li qed jiġu akkużati bihom, jekk jinħelsu mingħajr dubju se ‘jiddisturbaw l-ordni pubblika’.

The post Assassinju Daphne: Miċħud mill-ġdid il-ħelsien mill-arrest tal-aħwa Degiorgio appeared first on Newsbook.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Newsbook

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here