Home One News Arrestat ir-raġel li ta n-nar l-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana

Arrestat ir-raġel li ta n-nar l-Ark ta’ San Publiju fil-Furjana

4
0
SHARE
Advertisement

Raġel ta’ 33 sena li joqgħod il-Belt ġie arrestat mill-Pulizija b’rabta mal-ħruq tal-ark trijonfali fil-Furjana.

one.com.mt jinsab infurmat lill-arrest tar-raġel seħħ l-Erbgħa filgħaxija wara investigazzjonijiet twal mill-Pulizija.

Minkejja dan l-arrest, il-motiv wara dan il-każ għadu mhux ċar u għalhekk fis-sigħat li ġejjin il-Pulizija mistennija tkellem fit-tul lil dan iż-żagħżugħ biex tistabilixxi x’waslu jagħmel dan l-att kodard.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-qorti tul il-jum tal-Ħamis mixli fost oħrajn li ħaraq l-ark, bi ħsara fuq propjeta tal-gvern, ħsara fuq diversi karozzi u akkużi oħrajn.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ tmexxew mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt flimkien mal-Iskwadra tar-reati kulturali fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here