Home Net News Se ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji b’ħidma intensiva fil-Parlament Ewropew

Se ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji b’ħidma intensiva fil-Parlament Ewropew

5
0
SHARE
Advertisement

Il-familja hija verament ta’ importanza għall-Partit Nazzjonalista, u dan jixhduh id-diversi inizjattivi, liġijiet u direttivi li ħadmu fuqhom l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista fil-ħames snin li għaddew.

Madanakollu, għad baqa’ ħafna setturi fejn il-familji Maltin u Għawdxin għadhom lura meta mqabbla ma’ dawk Ewropej u l-MEPs eletti f’isem il-Partit Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-25 ta’ Mejju se jkunu qed jaħdmu biex jassiguraw li l-liġijiet, direttivi u inizjattivi li jittieħdu fuq livell Ewropew iwasslu għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji Maltin u Għawdxin. Fejn qed ifalli l-Gvern, se jkun qed jidħol il-Partit Nazzjonalista permezz tal-ħidma tiegħu fil-Parlament Ewropew.

Dan qalu l-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista għall-Ħidma
fil-Partit Robert Arrigo waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-okkażjoni tal-Jum
Dinji ddedikat lill-Familji. Għall-konferenza tal-aħbarijiet, Robert Arrigo
kien akkumpanjat mis-Segretarja Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista u
kandidata għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Roselyn Borg Knight u
l-kandidat għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew Peter Agius.

Robert Arrigo ġab eżempju bid-direttiva tal-work life balance li
kienet innegozjata mill-MEP tal-PN David Casa. “MEP tal-Partit
Nazzjonalista kien strumentali biex f’Malta jidħol leave ġdid biex il-ġenituri jqattgħu aktar
ħin ma’ uliedhom. Din hi l-kredibilità tal-Partit Nazzjonalista. Aħna
fil-Parlament Ewropew naġixxu u nġibu r-riżultati,” qal Robert Arrigo. Hu
semma wkoll il-master plan
Ewropew biex niġġieldu l-ġlieda kontra l-kanċer li qed jimbotta l-MEP Francis
Zammit Dimech. Semma wkoll il-proposti biex ikun hemm programmi edukattivi
għaż-żgħażagħ biex tiġi indirizzata l-iskills
gap
b’aktar fondi billi nkomplu niġġieldu t-taxxa Ewropea
tas-Soċjalisti Ewropej u l-proposti favur ambjent san u għal kwalità ta’ ħajja
aħjar.

Roselyn Borg Knight qalet li d-differenza kbira fil-pagi bejn
l-irġiel u n-nisa qed tħalli impatt negattiv fuq il-familji Maltin u Għawdxin.
“Din id-differenza m’għandiex teżisti u kulħadd għandu jitħallas l-istess
għall-istess xogħol.” qalet Borg Knight. Hi qalet li l-Partit
Nazzjonalista se jibqa’ jinsisti li l-ħaddiema kollha jkollhom kundizzjonijiet
tajbin fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll li kull post tax-xogħol ikun sigur.
“Anke hawnhekk, jekk xi ħadd mill-familja ma jkunx għal qalbu fuq il-post
tax-xogħol, tispiċċa tbati l-familja kollha,” spjegat Roselyn Borg Knight.
Żiedet li se taħdem favur xogħolijiet ta’ kwalità u ghalhekk il-PN impenajt li
t-taxxa tkun deċiżjoni tal-Maltin biex niġġeneraw impjiegi tajbin.

Peter Agius qal kif Ewropa tista tgħin lil-familji Maltin u
Għawdxin, u li l-Ewropa għadna tkun libsa li tiġina tajjeb. Hu spjega kif fost
il-valuri ewlenin hemm il-valur tal-familja, tal-ħajja mill-konċepiment
sat-tmiem naturali, tad-dinjità tal-anzjani u tal-ħaddiema. Huwa saħaq li
permezz tal-Ewropa rridu stil ta’ ħajja tajba għall-familja tagħna li qed issir
aktar diffiċli minħabba stress kawża ta’ raġunijiet varji inkluż it-traffiku.
Din l-elezzjoni trid tkun ukoll dwar il-futur ta’ uliedna fosthom bil-programmi
edukattivi u l-preparazzjoni tal-ekonomija tagħna, b’ekonomija dejjem tinbidel
u b’opportunitajiet ġodda bħar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali.

Għall-konferenza tal-aħbarijiet attendew ukoll il-kandidat
għall-elezzjoni lokali f’Ħal Balzan Angelo Micallef u l-kandidata
għall-elezzjoni lokali fis-Siġġiewi Gillian Farrugia Pace.

The post Se ntejbu l-kwalità tal-ħajja tal-familji b’ħidma intensiva fil-Parlament Ewropew appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here