Home Net News “Il-Partit Nazzjonalista kommess li jtejjeb il-kwalià tal-ħajja”- Adrian Delia

“Il-Partit Nazzjonalista kommess li jtejjeb il-kwalià tal-ħajja”- Adrian Delia

4
0
SHARE
Advertisement

Il-kwalità tax-xogħol, id-diskrepanza fil-pagi u l-pensjoniijet bejn in-nisa u l-irġiel, l-ambjent, il-dritt tal-ħajja, l-impenn fil-ġlieda kontra l-marda qerrieda tal-kanċer, il-kriżi fl-ambjent u l-pjaga tal-housing kienu kollha temi li tkellem dwarhom il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt attività politika fil-Belt Valletta.

Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista dejjem emmen f’xogħol ta’ kwalità u kkritika d-diskors ta’ Joseph Muscat meta tkellem dwar il-ħaddiema tal-Gvern li jiskartaw.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Gvern qal li minn jippretendi li jkollu saqaf fuq rasu huwa arroganti, u qal li huwa l-Gvern li jkun arroganti meta jitkellem hekk.

Adrian Delia tkellem ukoll dwar id-differenzi kbar li għadhom jeżistu bejn il-pagi tan-nisa u tal-irġiel u anke dwar id-differenza fil-pensjonijiet tan-nisa u l-irġiel.

Il-Kap tal-PN semma kif il-manifest tas-soċjalisti ewropej jrid idaħħal l-abort, iżda li l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista minn dejjem kienet ċara, u dejjem kien, għadu u jibqa’ favur il-ħajja.

Adrian Delia fakkar li kien hemm programm maqbul għad-dibattitu fil-parlament, meta f’daqqa wahda, il-Gvern iddeċieda wahdu li jaġġorna l-parlament biex dan id-dibattitu dwar il-protezzjoni tal-embrijun ma jseħħx.

Hu qal li meta l-pajjiż sab ma’ wiċċu l-aktar żminijiet diffiċli il-poplu Malti dejjem ingħaqad.

Din l-attivita kienet indirizzata minn kandidati u deputati fosthom id-deputat tal-Partit Nazzjoanlista Jason Azzopardi li fid-diskors tiegħu qal li Malta hija tal-Maltin bieżla u mhux tal-korrotti.

Dione Borg, kandidat għall-Parlament Ewropew qal li l-Gvern se jsib lill-Partit Nazzjonalista jikkumbatti favur id-dritt tal-ħajja.

Kandidat ieħor għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew David Stellini tkellem dwar il-bżonn li l-Gvern jipprovdi social housing lil min ghandu bzonn.

Il-Kap tad-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa tkellem dwar id-direttiva l-ġdida sabiex ikun hemm bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, filwaqt illi insista li meta l-poplu Malti fil-passat ra theddida għad-demokrazija, dejjem qam fuq tiegħu u neħħa lill-Gvern Soċjalista.

The post “Il-Partit Nazzjonalista kommess li jtejjeb il-kwalià tal-ħajja”- Adrian Delia appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here