Home One News Iħossu fiduċjuż li jkompli jinvesti f’Malta

Iħossu fiduċjuż li jkompli jinvesti f’Malta

6
0
SHARE
Advertisement

F’Awwissu li ġej, il-kumpanija tal-logħob diġitali “4A Games” tagħlaq ħames snin mindu waqqfet l-istudjo prinċipali tagħha f’pajjiżna.

Ħames snin li matulhom investiet u żiedet l-impjegati minn ħamsin għal ħamsa u sittin, u qed tippjana biex tkompli tikber u timraħ għal li ġej.

F’dawra mal-uffiċini f’Tas-Sliema fil-preżenza ta’ għexieren ta’ impjegati – li xogħolhom huwa li jfasslu l-logħob diġitali – il-Prim Ministru Joseph Muscat ġie spjegat ix-xogħol li jsir f’dan l-istudjo, li kien l-ewwel wieħed ibbażat f’Malta ta’ logħba diġitali internazzjonali AAA bl-isem ta’ “METRO”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’ 4A Games, Dean Sharp, qal li meta fi Frar tal-elfejn u erbatax beda jdur il-pajjiżi biex jagħżel bażi għall-kumpanija tiegħu, ħass li Malta kienet l-għażla naturali – anki jekk għal xi żmien ħares lejn pajjiżi oħra bħal Ċipru.

Fi żmien sitt xhur ġab ħamsin familja lejn Malta minkejja diversi sfidi – bħall-viżi u permits għax-xogħol.

Sfidi li qal li għeleb bl-għajnuna tal-Gvern u tal-Malta Enterprise, biex tul is-snin ħassu kunfidenti jġib aktar ħaddiema f’pajjiżna, u hekk biħsiebu jkompli jagħmel.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li f’Malta hawn ħmistax-il kumpanija f’din l-industrija, li bejniethom iħaddmu aktar minn mitejn persuna.

Semma wkoll li fil-ġejjieni qrib, il-Gvern se jniedi l-viżjoni tiegħu għall-industrija tal-logħob diġitali, biex b’mod ħolistiku, pajjiżna jkun hub f’dan is-settur ukoll.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here