Home One News “Ħtieġa ta’ vuċi artistika fil-PE” – Felix Galea Busuttil

“Ħtieġa ta’ vuċi artistika fil-PE” – Felix Galea Busuttil

4
0
SHARE
Advertisement

Il-kandidat Laburista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Felix Galea Busuttil tkellem waqt avveniment politiku u teatrali fil-Belt Valletta imtella’ mill-ħbieb tiegħu.
B’numru sabiħ ta’ kantanti u żeffiena Maltin stabbiliti fix-xena lokali flimkien ma’ artisti rinomati internazzjonalment minn Ruma taw l-appoġġ tagħhom għall-kandidatura tiegħu.
Stqarr li kull belt Ewropea għandha bini nazzjonali li jirrifletti l-ogħla simbolu kulturali tal-pajjiż – it-Teatru tal-Opra.
Dan mhux f’pajjiżna u l-Belt Kapitali m’għandhiex dan il-preġju. Qal li jinsab iddispjaċut li l-amministrazzjoni preċedenti ħasbet għal bini ta’ Parlament li hu tajjeb għax jirrifletti id-demokrazija ta’ pajjiżna, imma nesiet sit kulturali li qiegħed f’qalb kulħadd.

Qal li jemmen li b’rieda tajba u fondi allokati din il-ħolma ta’ ħafna Maltin tista’ ssir realtà. Semma li jeħtieġ ikollna vuċi artistika fil-Parlamenti għax dawn jagħtu perspettiva unika, empatika u diversa u li l-5000 student taż-żfin flimkien mal-ġenituri tagħhom u l-għalliema jkollhom vuċi.

Kull kantant, attur, direttur, artist viżiv, mudell, mużiċist, bandist, ħajjat, dawk li jaħdmu fil-Karnival u l-ispettaturi li jiffrekwentaw it-teatru huma ta’ importanza għat-tessut soċjali. Jeħtieġ li issa nibdew nitkellmu għad-drittijiet tal-artist.

Tenna li għandna biex niftaħru li pajjiż ċkejken bħal Malta għandu talenti kbar.

Ta ħajr lill-Gvern li ta spinta kbira lill-kultura – għal livell għoli tal-MPO, għall-ħolqien ta’ ŻfinMalta, KorMalta u TeatruMalta u fondi kbar li ġew allokati għall-kultura u l-arti.
Huwa awgura lil Michela Pace, Għawdxija l-ambaxxatriċi tagħna fil-Eurovision Song Contest. Temm billi saħaq biex l-elettorat jivvota lill-kandidati li tassew għandhom għal qalbhom il-ġid ta’ Malta u ta’ Għawdex, u fuq kollox lil min għandu Malta f’Qalbu.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here