Home One News FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li l-Prim Ministru qed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli

FILMAT: Jason Azzopardi jgħid li l-Prim Ministru qed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli

7
0
SHARE
Advertisement

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jibki d-dmugħ tal-kukkudrilli dwar il-frame-up Egrant.

F’konferenza tal-aħbarijiet f’Lulju tas-sena li għaddiet dwar l-inkjesta Egrant, Dr Muscat deher viżibilment emozzjonat huwa u jaqra l-konklużjoniet tal-inkjesta li kollha

Episodju ikrah anki fuq l-pajjiż, minħabba r-riperkussjonijiet li ġabet magħha l-gidba Egrant, li kawża tagħha l-pajjiż kellu jmur għal elezzjoni ġenerali.

Id-dikjarazzjoni ta’ Jason Azzopardi tingħaqad mad-dikjarazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil. Fuq Twitter, Busuttil, wieħed mill-protagonisti ewlenin f’din il-gidba, talab lill-Prim Ministru biex jieqaf jagħmilha tal-vittma dwar il-gidba Egrant.

Fl-2017 il-blogger Daphne Caruana Galizia allegat li l-kumpanija Egrant hija tal-Prim Ministru u martu. L-id il-leminija tal-Kap Nazzjonalista Pierre Portelli ddepożita l-qorti, dokumenti b’firem iffalsifikati sabiex issir din il-gidba fil-konfront tal-familja Muscat.

Iżda mill-inkjesta tal-ġudikant Aaron Bugeja ħareġ li saret l-akbar gidba fl-istorja politika.

Fost l-esponenti ewlenin li kien jirrepeti din il-gidba kien hemm l-Ewroparlamentari Nazzjonalista David Casa, li kien imur jirrepeti l-gidba Egrant fl-istituzzjonijiet Ewropej, sabiex iħammeġ isem Malta.

Iżda Casa, b’mod arroganti, qam u ħareġ ‘il barra mill-kamra meta saqsejnih jekk huwiex se jitlob apoloġija talli kien qiegħed jirrepeti gidba.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit One News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here