Home Net News EUROVISION: L-Awstralja tgħaddi…. l-Finlandja barra

EUROVISION: L-Awstralja tgħaddi…. l-Finlandja barra

5
0
SHARE
Advertisement

L-ewwel Semi Finali tal-Eurovision Song Contest f’Tel Aviv li saret ilbieraħ naqset milli timpressjona lid-dilettanti ta’ dan il-festival, hekk kif ftit kienu dawk il-kanzunetti li ħallew marka.

Għall-hames sena konsekuttiva, l-Awstralja għaddiet ghall-finali tas-Sibt bil-kanzunetta Zero Gravity.

Il-Kantanta tal-Awstralja Kate Miller Heidke

Id-DJ popolari Darude – sinonimu għall-produzzjoni tiegħu Sandstorm – ma tantx niżel tajjeb, tant li l-Fillandja spiċċat eliminata.

Apparti l-Awstralja, għaddew ukoll il-Belarus, Ċipru, ir-Rpubblika Ċeka, l-Estonia, il-Greċja, l-Iżlanda, is-Serbia, is-Slovenia u San Marino.

L-10 kanzunetti li għaddew mill-ewwel semi finali issa jingħaqdu mas-sitta l-kbar, jiġfieri Iżrael, li qed tospita l-kompetizzjoni, Spanja, l-Ingilterra, l-Italja, Franza u l-Ġermanja.

Michela tkanta għada fil-11-iil post

Issa
f’pajjiżna, l-istennija għall-Ħamis meta ssir it-tieni
semi-finali, li fiha tipparteċipa l-kantanta Maltija Michela
bil-kanzunetta tagħha Chameloen. Michela se tkun qed tkanata
fil-11-il post.

The post EUROVISION: L-Awstralja tgħaddi…. l-Finlandja barra appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here