Home Net News Emiliano Lattes jirbaħ il-GFA Plejer tax-Xahar għal April

Emiliano Lattes jirbaħ il-GFA Plejer tax-Xahar għal April

3
0
SHARE
Advertisement

Il-plejer ta’ Victoria Hotspurs Emiliano Lattes rebaħ il-BOV GFA Plejer tax-Xahar għal April. L-Arġentin ingħaqad ma’ Victoria Hotspurs fil-bidu tal-istaġun li għadda u kien pedina importanti fit-tim immexxi minn Gotthard Conti li għat-tieni staġun konsekuttiv rebaħ il-kampjonat u t-Tazza GFA.

Fl-erba’ logħbiet li lagħbu f’April, Victoria Hotspurs
ħarġu rebbieħa fil-logħbiet kollha. Lattes skorja l-gowl deċiżiv biex Victoria
Hotspurs rebħu 2-1 kontra SK Victoria Wanderers kif ukoll skorja l-ħames gowl
fir-rebħa kbira ta’ 7-2 li kellhom fuq Xewkija Tigers biex assiguraw
il-kampjonat. Lattes skorja wkoll ir-raba’ gowl fir-rebħa ta’ 4-2 li kellhom
fuq Nadur Youngsters fl-aħħar logħba tal-kampjonat.

L-Uffiċjal Kap tal-BOV Horace Laudi ppreżenta t-trofew
lil Lattes fi tmiem il-finali tat-Tazza GFA li Victoria Hotspurs rebħu 3-2
kontra Nadur Youngsters, bil-midfielder jiskorja l-gowl tar-rebħa. Lattes għażel
il-Fondazzjoni Arka biex tibbenefika mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan l-unur.

The post Emiliano Lattes jirbaħ il-GFA Plejer tax-Xahar għal April appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here