Home Net News Ajax jirbħu l-34 kampjonat fl-istorja b’rebħa fl-aħħar logħba fuq De Graafschap

Ajax jirbħu l-34 kampjonat fl-istorja b’rebħa fl-aħħar logħba fuq De Graafschap

11
0
SHARE
Advertisement

Ajax għalqu staġun memorabbli meta assiguraw doppjetta domestika b’rebħa ta’ 4-1 kontra De Graafschap fl-aħħar logħba tal-kampjonat. Huma kellhom bżonn punt biex jirbħu l-34 kampjonat u l-ewwel titlu mill-2014. Gowls fl-ewwel taqsima minn Lasse Schöne u Nicolas Tagliafico assiguraw li l-kampjonat jiżdied mar-rebħa fit-Tazza Olandiża. Imbagħad Dusan Tadic skorja doppjetta li fissru li skorja fil-11-il logħba konsekuttiva fil-kampjonat.

Youssef el Jebli kien ġab id-draw parzjalment, bl-istaġun ta’ De Graafschap għadu ma spiċċax minħabba li jridu jilagħbu play-off biex jippruvaw jibqgħu fl-Eredivisie. Din il-logħba kienet l-aħħar waħda għal Frenkie de Jong li se jingħaqad ma’ Barcelona l-istaġun li ġej, filwaqt li l-captain Matthijs de Ligt hu wieħed mill-plejers li jistgħu jħallu l-klabb.

Schöne fetaħ l-iskor fis-37 minuta bi free-kick brillanti iżda tliet minuti wara El Jebli ġab id-draw b’xutt fuq l-ewwel lasta. Madankollu Ajax daħlu jistrieħu minn fuq meta skorjaw il-gowl tal-vantaġġ fl-44 minuta, b’azzjoni tajba fil-kaxxa ta’ Hakim Ziyech li poġġa ballun fuq platt lil Nicolas Tagliafico li skorja. Dusan Tadic għalaq il-logħba fis-67 minuta minn penalty li rebaħ De Jong, bl-istess Tadic jiskorja t-38 gowl fi staġun indimentikabbli b’xutt minn angolu ristrett.

Huma spiċċaw il-kampjonat b’86 punt, tlieta aktar minn PSV u skorjaw 119-il gowl f’34 logħba.

The post Ajax jirbħu l-34 kampjonat fl-istorja b’rebħa fl-aħħar logħba fuq De Graafschap appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here