Home TVM (Bil-Malti) Ħarsa lejn il-ġurnali 8 ta’ Mejju 2019

Ħarsa lejn il-ġurnali 8 ta’ Mejju 2019

11
0
SHARE
Advertisement

Nagħtu ħarsa lejn l-ewwel paġni tal-ġurnali illum, tmienja ta’ Mejju 2019.

The Malta Independent:

Storja ritratt. Żeffiena jagħtu wirja quddiem il-papa Franġisku waqt laqgħa ekumenika u fost rappreżentanti li jħaddnu reliħjonijiet varji li saret fi Skopje, il-kapitali ta’ North Macedonia. Il-papa qed jagħmel żjara ta’ tliet ijiem fil-pajjiżi tal-Balkani u hija l-ewwel żjara tiegħu fil-pajjiż.

Il-perit li ressaq il-proposta dwar il-kostruzzjoni ta’ korsa għat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far jistaqsi lill-gvern biex jiffriza negozjati għall-użijiet oħrajn tal-art sakemm tittieħed deċiżjoni dwar jekk hux se ssir il-korsa fis-sit propost.

L-ex ministru għall-Għawdex, Anton Refali ma għadu l-fuq minn 25 propjeta iżda ma ddikjarax xi kontijiet jew iddikjara xi assi għall-2018 minkejja li iddikjara dħul ta’ 3700 minn kirjiet, tnaqqis sostanzjali mill-2015 meta kien iddikjara dħul ta’ 7,200 ewro minn kirjiet.

In-Nazzjon:

Bl-istorja ewlenija dwar ir-rapport tal-kummissjoni Ewropea, Daqqa ta’ ħarta lill-finanzi pubbliċi. Naqraw kif il-finanzi tal-pajjiż se jibqgħu jitnaqqru, u dan jirrifletti n-nefqa pubblika li dejjem qed tikber.

Artiklu ieħor ukoll fl-ewwel paġna: Vot lill-MEPs soċjalisti huwa vot kontra Malta, vot lill-MEPs tal-PN huwa vot favur Malta. Ir-rapport jikkwota lill-kap tal-partit nazzjonalista Adrian Delia waqt attivita’ politika l-bieraħ filgħaxija fil-Fgura.

Malta Today:

Il-minsitru tal-ambjent Jose Herrea jiġġustifika ix-xettiċiżmu li hawn dwar ir-reklamazzjoni tal-art u jallega li l-iżviluppati f’malta ilhom fil-kontroll ta’ deċiżjonijiet għal dawn l-aħħar ħamsin sena. De. Herrera sostni li jekk ikun ikun hemm ir-reklamazzjoni tal-art, m’hijiex se tkun skuża biex jinbnew sky scrapers jew lukandi ġodda kfi qed ikun allegat.

U siti li m’humiex żviluppati qrib il-port Ħieles f’Birżebbugia kienu identifikati biex ikunu ttrasformati f’park ambjentali u rikreattiv b’iżjed minn tmient elef siġra. Naqraw kif is-sit f’Bengħajsa kienet identifikata qabel għall-estensjoni fil-port Ħieles iżda issa se jsir proġett ta’ afforestazzjoni.

Times of Malta:

Bħall-Malta Independent, ukoll għandha ritratt tal-papa Franġisku waqt żjara li qed jagħmel fil-pajjiżi tal-Balkani hekk kif intlaqa’ minn folla fi Skopje waqt l-ewwel żjara tiegħu fil-Macedonia tat-Tramuntana.

L-ispeakar għall-kamra tar-rappreżentanti Anġlu Farugia qal li ma jistax jivverifika jekk il-kap tal-opoiżizzjoni Adrian Delia għandux depożiti l-bank li m’humiex imminzla fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji li saru għall-2018.

u mijiet ta’ persuni minn pajjiżi Asjatiċi qed ifittxu x-xogħol b’ permess temporanju li jinħareġ minn Identity Malta hekk kif naqraw li qed jippruvaw ifittxu ix-xogħol minn sistema ġdida ta’ reġistrazzjoni.

L-Orizzont

Illum bl-istorja ewlenija dwar il-GWU u l-proposti tagħha li kull ħaddiem jissieħeb fi trejd Union. Bit-titlu “Konverġenza tal-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-segretarju ġenerali tal-GWU, Josef Bugeja qal li jemmen li sħubija fi trejd union għall-ħaddiema kollha huwa l-pass li jmiss biex ikunu indirizzati diversi abbużi u problemi li qegħdin jinħolqu fuq il-post tax-xogħol.

Il-kummissjoni Ewropea issostni li Malta rreġistrat l-ikbar tkabbir fil-ġid nazzjonali u fl-impjiegi madwar l-Unjoni Ewropea. Naqraw kif skont l-Ispring Economic Forecast, l-esperti tal-kummissjoni qegħdin jantiċipaw li fl-2019, il-ġid nazzjonali ta’ Malta jikber bi 3.5 fil-mija.

 

The post Ħarsa lejn il-ġurnali 8 ta’ Mejju 2019 appeared first on TVM Maltese.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit TVM (Malti)

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here