Home Net News Jinżammu l-ħabs wara li nqabdu b’130kg kannabis

Jinżammu l-ħabs wara li nqabdu b’130kg kannabis

8
0
SHARE
Advertisement

Żewġ Bormliżi tressqu l-Qorti llum wara li kienu arrestati mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga. Dan wara sejba ta’ 130 kg droga kannabis f’garaxx fiż-Żejtun lesta biex tiġi ttraffikata. Huma baqgħu miżmuma taħt arrest preventiv fil-ħabs.

Jerome Azzopardi ta’ 21 sena u Jonathan Cassar ta’ 34 sena, ġew akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom id-droga kannabis, u li assoċjaw ruħhom ma’ persuni biex jitraffikaw din l-istess droga. Jonathan Cassar waħdu ġie akkużat ukoll li sar riċediv.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużati nqabdu deħlin isuqu vann kull wieħed f’garaxx li fih kien hemm id-droga. Il-Pulizija oġġezzjonaw għat-talba mid-difiża għall-ħelsien mill-arrest, għaliex teżisti informazzjoni li dan huwa każ ta’ kriminalità organizzata, u hemm minn tal-anqas tliet xhieda pajżana li għad iridu jixhdu.

L-akkużati wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Charmaine Galea ordnat l-iffriżar tal-assi tal-akkużati u ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba n-natura gravi tar-reati u l-possibilità reali li jintmissu l-provi.

L-avukat Roberto Montalto deher għal Jerome Azzopardi, filwaqt li l-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Amadeus Cachia dehru għal Cassar.

The post Jinżammu l-ħabs wara li nqabdu b’130kg kannabis appeared first on NETnews.

L-artikolu oriġinali jinstab fuq is-sit Net News

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here